L-ISTQARRIJA TA' FIDI BATTISTA 1689

Tnejn u Tletin Artiklu ta' Fidi u Prattika Kristjana

 

1. L-Iskritturi Mqaddsa

1. L-Iskrittura Mqaddsa hi l-unika regola sufficjenti, certa u infallibbli ta' kull taghrif salviviku, fidi, u ubbidjenza.1 Ghalkemm id-dawl tan-natura u l-ghemejjel tal-holqien u l-providenza jimmanifestaw sewwa t-tjieba, l-gherf, u l-qawwa t'Alla tant li l-bniedem hu mholli minghajr ebda skuza, madankollu mhumiex sufficjenti biex jipprovdu dak it-taghrif t'Alla u tar-rieda tieghu li hu mehtieg ghas-salvazzjoni.2 Ghalhekk ghogob lill-Mulej jirrevela lilu nnifsu f'hafna porzjonijiet u b'modi diversi, u jiddikjara r-rieda tieghu lill-knisja tieghu;3 u izjed tard, sabiex il-Verita’ tkun prizervata u propagata ahjar, u biex il-knisja tieghu tkun aktar stabbilita fis-sod u mfarrga, billi jipprotegiha mill-korruzzjoni tal-laham u l-malizzja ta' Satana u d-dinja, ghogob lill-Mulej li jikkommetti l-Verita’ rivelata tieghu kompletament fil-kitba. Ghalhekk l-Iskritturi Mqaddsa huma assolutament necessarji, billi l-modijiet mghoddija li bihom Alla rrevela l-volonta’ tieghu lil niesu issa waqfu.4

1 2 Tim.3:15-17; Isa.8:20; Lq.16:29-31; Ef.2:20 2 Rum.1:19-21 ecc.; Rum.2:14-15; Salm 19:1-3. 3 Eb.1:1. 4 Prov.22:19-21; Rum.15:4; 2 Pt.1:19-20.

2. Taht it-titolu ta' Skrittura Mqaddsa (jew il-Kelma miktuba t'Alla) issa huma kontenuti dawn il-kotba kollha li gejjin tal-Patt il-Qadim u l-Gdid:-

IL-PATT IL-QADIM

Genesi, Ezodu, Levitku, Numri, Dewteronomju, Gozwe’, Imhallfin, Rut, 1 & 2 Samwel, 1 & 2 Slaten, 1 & 2 Kronaki, Esdra, Nehemija, Ester, Gob, Salmi, Proverbji, Ekklezjazti, Ghanja ta' Salamun, Isaija, Geremija, Lamentazzjonijiet, Ezekjel, Danjel, Hosegha, Goel, Ghamos, Ghabdija, Gona, Mikea, Nahum, Habaqquq, Sofonija, Haggaj, Zakkarija, Malakija.

IL-PATT IL-GDID

Mattew, Mark, Luqa, Gwanni, Atti, Rumani, 1 & 2 Korintin, Galatin, Efesin, Filippin, Kolossin, 1 & 2 Tessalonkin, 1 & 2 Timotju, Titus, Filemon, Ebrej, Gakbu, 1 & 2 Pietru, 1, 2 & 3 Gwanni, Guda, Rivelazzjoni.

Dawn il-kotba kollha huma moghtija b'ispirazzjoni minn Alla biex ikunu r-regola ta' fidi u hajja.5

5 2 Tim.3:16.

3. Il-kotba maghrufa bhala 'l-Apokrifa', billi nieqsa mill-ispirazzjoni divina, ma jifformawx parti mill-qanun jew regola ta' l-Iskrittura u ghaldaqstant m'ghandhom ebda awtorita’ fuq il-knisja t'Alla, u lanqas m'ghandhom ikunu approvati jew utilizzati b'mod differenti minn kitbiet umani ohra.6

6 Lq.24:27,44; Rum.3:2.

4. L-awtorita’ ta' l-Iskrittura Mqaddsa, li minhabba fiha ghandha tkun emmnuta, ma tiddependix fuq it-testimonjanza ta' kwalunkwe bniedem jew knisja, izda kompletament fuq Alla l-Awtur taghha (li hu l-Verita’ nnifsu). Ghalhekk ghandha tkun milqugha ghaliex hi l-Kelma t'Alla.7

7 2 Pt.1:19-21; 2 Tim.3:16; 1 Tess.2:13; 1 Gw.5:9.

5. Bix-xhieda tal-poplu t'Alla nistghu nkunu mhajra u mgieghla nrawwmu fina stima gholja u reverenti lejn l-Iskritturi Mqaddsa. B'mod simili nistghu nkunu affettwati bin-natura ta' l-Iskritturi: il-kontenut smewwieti taghhom, id-dottrina effikaci, il-majesta’ ta' l-istil, il-kunsens bejn il-partijiet kollha, l-iskop tat-totalita’ taghhom, li hu l-ghoti ta' kull glorja lil Alla, kif jikxfulna fis-shih l-uniku mod ghas-salvazzjoni tal-bniedem, flimkien ma' hafna eccellenzi inkomparabbli ohra u perfezzjonijiet shah. B'din l-evidenza kollha l-Iskrittura taghti prova aktar minn bizzejjed li hi l-Kelma t'Alla. Minkejja dan kollu, il-perswazjoni shiha taghna u l-assigurazzjoni tal-verita’ infallibbli ta' l-Iskrittura u l-awtorita’ divina taghha, tigi mill-hidma gewwiena ta' l-Ispirtu s-Santu hu u jixhed bil-Kelma u maghha fi qlubna.8

8 Gw.16:13-14; 1 Kor.2:10-12; 1 Gw.2:20,27.

6. Il-fehma shiha t'Alla rigward il-hwejjeg kollha mehtiega ghall-glorja tieghu stess, is-salvazzjoni tal-bniedem, il-fidi u l-hajja tieghu, hi espressament imnizzla jew inkella necessarjament kontenuta fl-Iskrittura Mqaddsa, li maghha m'ghandu jkun mizjud xejn f'ebda zmien, la b'rivelazzjoni gdida ta' l-Ispirtu u lanqas bit-tradizzjonijiet tal-bnedmin.9 Madankollu naghrfu l-illuminazzjoni gewwiena ta' l-Ispirtu t'Alla bhala necessarja ghall-fehma salvivika tat-tali hwejjeg kif inhuma rivelati fil-Kelma.10 Hemm xi cirkostanzi rigward il-qima t'Alla u l-gvern tal-knisja li huma komuni ghall-azzjonijiet u socjetajiet umani, li ghandhom ikunu determinati fid-dawl tan-natura u l-prudenza Kristjana, skond ir-regoli generali tal-Kelma li dejjem ghandhom ikunu osservati.11

9 2 Tim.3:15-17; Gal.1:8-9. 10 Gw.6:45; 1 Kor.2:9-12. 11 1 Kor.11:13-14; 14:26,40.

7. Il-hwejjeg kollha fl-Iskrittura mhumiex ugwalment semplici fihom infushom, u lanqas ugwalment cari ghal kulhadd,12 madankollu dawk il-hwejjeg li huma necessarji li jkunu maghrufa, emmnuti u osservati ghas-salvazzjoni, huma tant ipproponuti u rivelati fic-car f'xi post jew iehor fl-Iskrittura, li mhux biss l-edukati izda wkoll dawk bla tahrig jistghu jottjienu fehma sufficjenti taghhom bl-uzu xieraq ta' mezzi ordinarji.13

12 2 Pt.3:16. 13 Salm 19:7; 119:130.

8. Il-Patt il-Qadim bl-Ebrajk (li kienet il-lingwa nattiva tan-nies tal-qedem t'Alla),14 u l-Patt il-Gdid bil-Grieg (li meta nkiteb kien l-ilsien l-izjed maghruf generalment mill-gnus) kienu direttament imnebbha minn Ala, u nzammu safja matul iz-zminijiet sussegwenti bil-harsien straordinarju u l-providenza tieghu. Ghaldaqstant huma awtentici, tant li fil-kontroversji kollha tar-religjon il-knisja jehtigilha tappella ghalihom bhala finali.15 Imma peress li dawn l-ilsna originali mhumiex familjari ghan-nies kollha t'Alla li ghandhom dritt ghall-Iskritturi u interess fihom, u li huma kmandati jaqrawhom16 u jfittxuhom17 fil-biza' t'Alla, l-Iskritturi ghandhom ghalhekk ikunu tradotti ghal-lingwa ordinarja ta' kull gens fejn jaslu,18 biex hekk, bil-Kelma t'Alla tghammar bil-ghana f'kulhadd, in-nies tkun tista' tqim 'l Alla b'manjiera accettabbli, u permezz tas-sabar u l-farag ta' l-Iskritturi jkollha t-tama.19

14 Rum.3:2. 15 Isa.8:20. 16 Atti 15:15. 17 Gw.5:39. 18 1 Kor.14:6,9,11-12,24,28. 19 Kol.3:16; Rum.15:4.

9. Ir-regola infallibbli ghall-interpretazzjoni ta' l-Iskrittura hi l-Iskrittura nfisha, u ghalhekk kull meta tinqala' kwistjoni dwar is-sens veru u shih ta' kwalunkwe skrittura (li mhix moltiplici, izda wahda), jehtieg tkun mifhuma fid-dawl ta' passi ohra li jitkellmu izjed fic-car.20

20 2 Pt.1:20-21; Atti 15:15-16.

10. L-imhallef suprem, li bih il-kontroversji kollha tar-religjon ghandhom ikunu determinati, u li bih ghandhom ikunu ezaminati d-digrieti kollha tal-koncilji, l-opinjonijiet ta' kittieba antiki, u d-dottrini tal-bnedmin u hassieba individwali ma jista' jkun hadd hlief l-Iskrittura Mqaddsa, moghtija mill-Ispirtu. U bil-verdett ta' l-Iskrittura ghandna nkunu sodisfatti, ghaliex huwa fl-Iskrittura, imwassla lilna mill-Ispirtu, li l-fidi taghna hi finalment rizolvuta.21

21 Mt.22:29-32; Ef.2:20; Atti 28:23.

 
 
The Reformed Reader Home Page 


Copyright 1999, The Reformed Reader, All Rights Reserved