L-ISTQARRIJA TA' FIDI BATTISTA 1689

Tnejn u Tletin Artiklu ta' Fidi u Prattika Kristjana

 

2. Alla u t-Trinita’ Mqaddsa

1. Il-Mulej Alla taghna hu l-uniku Alla haj u veru;1 li s-sussistenza tieghu hi fih u minnu nnifsu;2 li hu infinit fl-esseru u l-perfezzjoni; li l-essenza tieghu ma tista' tkun mifhuma minn hadd hlief minnu nnifsu;3 li hu spirtu mill-izjed pur,4 invizibbli, bla gisem, partijiet, jew passjonijiet; li wahdu jippossiedi l-immortalita’; li jghammar fid-dawl li ebda bniedem ma jista' jersaq lejh,5 li hu immutabbli,6 immens,7 etern,8 inkomprensibbli, omnipotenti,9 b'kull mod infinit, mill-aktar qaddis,10 wisq gharef, wisq hieles, wisq assolut; li jahdem il-hwejjeg kollha skond il-pjan tar-rieda immutabbli u l-izjed gusta tieghu,11 ghall-glorja tieghu nnifsu;12 li hu mhabba, juri grazzja, hniena, sabar, u abbondanti fit-tjieba u verita’; li jahfer l-inikwita’, it-trasgressjoni, u d-dnub; li jippremja lil dawk li jfittxuh b'diligenza;13 u li, fl-istess hin, hu l-aktar gust u terribbli fil-gudizzji tieghu,14 billi jobghod kull dnub,15 u li b'ebda mod ma jiffrankaha lill-hatja.16

1 1 Kor.8:4-6; Dewt.6:4. 2 Ger.10:10; Isa.48:12. 3 Ez.3:14. 4 Gw.4:24. 5 1 Tim.1:17; Dewt.4:15-16. 6 Mal.3:6. 7 1 Slaten 8:27; Ger.23:23-24. 8 Salm 90:2. 9 Gen.17:1. 10 Isa.6:3. 11 Salm 115:3; Isa.46:10. 12 Prov.16:4; Rum.11:36. 13 Ez.34:6-7; Eb.11:6. 14 Neh.9:32-33. 15 Salm 5:5-6. 16 Ez.34:7; Nah.1:2-3.

2. Alla, billi ghandu kull hajja,17 glorja,18 tjieba19 u barka fih u minnu nnifsu, huwa uniku filli hu sufficjenti f'kollox, kemm fih innifsu u ghalih innifsu, bla m'ghandu bzonn ta' xi hlejqa kwalunkwe li ghamel, u lanqas ma jidderivi kwalunkwe glorja mill-hlejjaq.20 Ghall-kuntrarju, huwa Alla li jimmanifesta l-glorja tieghu stess fihom, permezz taghhom, lilhom u fuqhom. Huwa l-uniku sors ta' kull esseru; minnu, bih, u ghalih il-hwejjeg kollha jezistu u jitharrku.21 Ghandu dominju kompletament sovran fuq il-hlejjaq kollha, biex jaghmel bihom, ghalihom, jew lilhom kwalunkwe haga li toghgbu.22 Quddiemu l-hwejjeg kollha huma fl-apert u ovvji;23 it-taghrif tieghu huwa infinit, infallibbli, u ma jiddependix fuq il-kreatura. Ghalhekk, xejn mhu ghalih kontingenti jew incert.24 Hu l-aktar qaddis fl-ghanijiet kollha tieghu, fl-opri kollha tieghu,25 u fl-ordnijiet kollha tieghu. Lilu misthoqqa kwalunkwe qima,26 servizz jew ubbidjenza mill-angli u l-bnedmin, li bhala kreaturi huma obbligati jaghtu lill-Hallieq taghhom, u kwalunkwe haga ohra li joghgbu jirrekjiedi minnhom.

17 Gw.5:26. 18 Salm 148:13. 19 Salm 119:68. 20 Gob 22:2-3. 21 Rum.11:34-36. 22 Dan.4:25,34-35. 23 Eb.4:13. 24 Ezek.11:5; Atti 15:18. 25 Salm 145:17. 26 Riv.5:12-14.

3. F'dan l-Esseru divin u infinit hemm tlett sussistenzi: il-Missier, il-Kelma jew l-Iben, u l-Ispirtu s-Santu.27 Ilkoll huma wiehed fis-sustanza, setgha, u eternita’; kull wiehed ghandu l-essenza divina shiha, madankollu din l-essenza mhix diviza.28 Il-Missier mhux derivat minn xi esseru iehor; ma kienx migjub fl-ezistenza minn xi iehor, u lanqas hareg minn xi hadd iehor. L-Iben hu eternament imnissel mill-Missier.29 L-Ispirtu s-Santu jipprociedi mill-Missier u l-Iben.30 It-Tlieta huma lkoll infiniti, bla bidu, u ghaldaqstant huma Alla wiehed biss, li m'ghandux ikun maqsum fin-natura u l-esseru, imma distint b'diversi proprjetajiet relattivi u pekuljari, kif ukoll fir-relazzjonijiet personali taghhom. Din id-dottrina tat-Trinita’ hija l-pedament tal-komunjoni kollha taghna m'Alla, u d-dipendenza konfortabbli taghna fuqu.

27 1 Gw.5:7; Mt.28:19; 2 Kor.13:14. 28 Ez.3:14; Gw.14:11; 1 Kor.8:6. 29 Gw.1:14,18. 30 Gw.15:26; Gal.4:6.

 
 
The Reformed Reader Home Page 


Copyright 1999, The Reformed Reader, All Rights Reserved