L-ISTQARRIJA TA' FIDI BATTISTA 1689

Tnejn u Tletin Artiklu ta' Fidi u Prattika Kristjana

 

3. Id-Digriet t'Alla

1. Alla ddigrieta fih innifsu mill-eternita’ kollha, bil-fehma l-izjed gharfa u qaddisa tar-rieda tieghu stess, liberament u immutabbilment, il-hwejjeg kollha li qatt ghad isehhu;1 madankollu b'tali mod li Alla la hu l-awtur tad-dnub u lanqas m'ghandu xirka ma' xi hadd2 fl-ghemil tad-dnubiet, u lanqas mhi offruta vjolenza ghar-rieda tal-kreatura, u jerga' lanqas mhi l-liberta’ jew il-kontingenza ta' kawzi sekondarji mnehhija izda aktarx stabbilita.3 F'dan kollu hu esibit l-gherf t'Alla, li jiddisponi l-hwejjeg kollha, kif ukoll il-qawwa u l-fedelta’ tieghu fit-twettiq tad-digriet tieghu.4

1 Isa.46:10; Ef.1:11; Eb.6:17; Rum.9:15,18. 2 Gak.1:13-15; 1 Gw.1:5. 3 Atti 4:27-28; Gw.19:11. 4 Num.23:19; Ef.1:3-5.

2. Ghalkemm Alla jaf kulma jista' jew hu possibbli li jsehh taht il-kondizzjonijiet immaginabbli kollha,5 madankollu ma ddigrieta xejn ghax rah minn qabel fil-futur, jew ghax kellu jsehh taht certi kondizzjonijiet.

5 Atti 15:18. 6 Rum.9:11-18.

3. Bid-digriet t'Alla, ghall-manifestazzjoni tal-glorja tieghu, xi bnedmin u angli huma predestinati jew mahtura minn qabel ghall-hajja eterna permezz ta' Gesu’ Kristu,7 ghat-tifhir tal-grazzja glorjuza tieghu.8 L-ohrajn huma mhollija jagixxu fi dnubhom ghall-kundanna gusta taghhom, ghat-tifhir tal-gustizzja glorjuza tieghu.9

7 1 Tim.5:21; Mt.25:34. 8 Ef.1:5-6. 9 Rum.9:22-23; Guda 4.

4. Dawk l-angli u l-bnedmin hekk predestinati u mahtura minn qabel huma partikolarment u immutabbilment maghrufa, u l-ghadd taghhom hu tant cert u definit, li la jista' jizdied u lanqas jitnaqqas.10

10 2 Tim.2:19; Gw.13:18.

5. Dawk mill-umanita’ li huma predestinati ghall-hajja, Alla ghazel minn qabel tisjis id-dinja, skond l-ghan etern u immutabbli tieghu u l-fehma sigrieta u l-ghogba tajba tar-rieda tieghu. Alla ghazilhom fi Kristu ghall-glorja dejjiema, purament sforz il-grazzja hielsa u l-imhabba tieghu,11 minghajr ebda haga fil-hlejqa bhala kondizzjoni jew kawza li gaghlitu jaghzel.11

11 Ef.1:4,9,11; Rum.8:30; 2 Tim.1:9; 1 Tess.5:9. 12 Rum.9:13-16; Ef.2:5,12.

6. Bhalma Alla hatar il-maghzulin ghall-glorja, hekk ukoll, bl-intenzjoni eterna u kompletament hielsa tar-rieda tieghu, hatar minn qabel il-mezzi kollha.13 Allura, dawk maghzula, imwaqqa' f'Adam, huma mifdija minn Kristu,14 huma effettivament imsejha ghall-fidi fi Kristu bl-Ispirtu tieghu li jopera fiz-zmien imwaqqat, huma gustifikati, adottati, santifikati,15 u huma mizmuma bis-setgha tieghu permezz tal-fidi ghas-salvazzjoni;16 u lanqas hadd hlief il-maghzulin mhuma mifdija minn Kristu, effettivament imsejha, gustifikati, adottati, santifikati, u salvati.17

13 1 Pt.1:2; 2 Tess.2:13. 14 1 Tess.5:9-10. 15 Rum.8:30; 2 Tess.2:13. 16 1 Pt.1:5. 17 Gw.10:26; 17:9; 6:64.

7. Id-dottrina ta' dan il-misterju kbir tal-predestinazzjoni ghandha tkun trattata bi prudenza u ghaqal specjali, sabiex il-bnedmin li qed jaghtu kas ir-rieda t'Alla rivelata fil-Kelma tieghu, u jobduha, ikunu jistghu, mic-certezza tal-vokazzjoni effikacja taghhom ikunu assigurati mill-ghazla eterna taghhom.18 Hekk din id-dottrina tipprovdi kawza ghal tifhir,19 reverenza, ammirazzjoni lejn Alla, kif ukoll tqanqal l-umilta’,20 diligenza, u farag abbondanti ghal dawk kollha li sincerament jobdu l-Evangelju.21

18 1 Tess.1:4-5; 2 Pt.1:10. 19 Ef.1:6; Rum.11:33. 20 Rum.11:5-6,20. 21 Lq.10:20.

 
 
The Reformed Reader Home Page 


Copyright 1999, The Reformed Reader, All Rights Reserved