Tnejn u Tletin Artiklu ta' Fidi u Prattika Kristjana
6. Il-Waqa' tal-Bniedem, id-Dnub u l-Kastig Tieghu
1. Ghalkemm Alla halaq lill-bniedem dritt u perfett, u tah ligi gusta, li kienet tassiguralu l-hajja sakemm baqa' jzommha, u ghalkemm Alla wissih li jmut jekk jiksirha,1 madankollu il-bniedem ma ghexx fit-tul f'dan il-gieh. Satana nqeda bis-sottilita tas-serp biex jeghleb lil Eva, biha sseduca lil Adam, u hu, minghajr ma kien imgieghel, ghax ried hu ttrasgressa l-ligi tal-holqien taghhom u l-kmand moghti lilhom billi kiel mill-frott projbit.2 U Alla ghogbu jippermetti dan l-att skond il-ghan gharef u qaddis tieghu, billi kellu l-intenzjoni jidderigih ghall-glorja tieghu stess.
1
Gen.2:16-17. 2 Gen.3:12-13; 2 Kor.11:3.2. L-ewwel genituri taghna, b'dan id-dnub, waqghu mill-gustizzja originali u komunjoni m'Alla, u ahna fihom. Ghax minn dan, il-mewt giet fuq kulhadd:3 ilkoll saru mejta fid-dnub4 u kompletament imniggsa fil-fakoltajiet u partijiet kollha tar-ruh u l-gisem.5
3 Rum.3:23. 4 Rum.5:12-21. 5 Tit.1:15; Gen.6:5; Ger.17:9; Rum.3:10-19.
3. Billi kienu l-gherq, u bil-hatra t'Alla, imqieghda minflok l-umanita kollha, il-htija ta' dan id-dnub kienet imputata, u n-natura korrotta taghhom mghoddija, lill-posterita kollha taghhom li harget minnhom b'generazzjoni ordinarja.6 Id-dixxendenti taghhom huma ghalhekk ikkonceputi fid-dnub,7 u huma minn natura wlied il-ghadab,8 il-qaddejja tad-dnub, u s-suggetti tal-mewt9 u l-mizerji l-ohra kollha, spiritwali, temporali u eterni, jekk kemm-il darba l-Mulej Gesu ma jehlishomx.10
6 Rum.5:12-19; 1 Kor.15:21-22,45,49. 7 Salm 51:5; Gob 14:4. 8 Ef.2:3. 9 Rum.6:20; 5:12. 10 Eb.2:14-15; 1 Tess.1:10.
4. It-trasgressjonijiet attwali kollha jipprociedu minn din il-korruzzjoni originali,11 li biha ninsabu indisposti ghalkollox, inkapacitati u maghmulin avversivi ghal kull tajjeb, u kompletament inklinati lejn kull hazen.12
11 Gak.1:14-15; Mt.15:19. 12 Rum.8:7; Kol.1:21.
5. Matul din il-hajja l-korruzzjoni tan-natura tibqa' f'dawk rigenerati,13 u ghalkemm hi mahfura u mortifikata permezz ta' Kristu, madankollu din in-natura korrotta u l-mozzjonijiet kollha taghha huma verament u propjament midinba.14
13 Rum.7:18,23; Ekk.7:20; 1 Gw.1:8. 14 Rum.7:23-25; Gal.5:17.
The Reformed Reader Home Page
Copyright 1999, The Reformed Reader, All Rights Reserved |