L-ISTQARRIJA TA' FIDI BATTISTA 1689

Tnejn u Tletin Artiklu ta' Fidi u Prattika Kristjana

 

7. Il-Patt t'Alla

1. Id-distanza bejn Alla u l-kreatura hi hekk kbira, li ghalkemm kreaturi ragonevoli jmisshom jobduh bhala l-Hallieq taghhom, madankollu qatt ma setghu jilhqu l-premju tal-hajja hlief b'xi kondixxendenza voluntarja minn naha t'Alla, u dan ghogbu jesprimi fl-ghamla ta' patt.1

1 Lq.17:10; Gob 35:7-8.

2. Jerga', billi l-bniedem gab lilu nnifsu taht is-sahta tal-ligi bil-waqa' tieghu, ghogob lill-Mulej li jaghmel patt ta' grazzja.2 F'dan il-patt joffri b'xejn lill-midinbin il-hajja u s-salvazzjoni b'Gesu’ Kristu, filwaqt li jirrekjiedi minnhom fidi fih biex ikunu salvati,3 u jwieghed li jaghti lil dawk kollha mahtura ghall-hajja eterna l-Ispirtu s-Santu tieghu biex jaghmilhom ikunu jridu u kapaci jemmnu.4

2 Gen.2:17; Gal.3:10; Rum.3:20-21. 3 Rum.8:3; Mk.16:15-16; Gw.3:16. 4 Ezek.36:26-27; Gw.6:44-45; Salm 110:3.

3. Dan il-patt hu rivelat permezz ta' l-Evangelju; l-ewwelnett lil Adam fil-weghda tas-salvazzjoni b'nisel il-mara,5 u izjed tard b'aktar passi sakemm ir-rivelazzjoni shiha tieghu saret kompluta fit-Testment il-Gdid.6 Dan il-patt tas-salvazzjoni jistrieh fuq transazzjoni ta' patt etern bejn il-Missier u l-Iben rigward il-fidwa tal-maghzulin.7 Huwa biss bil-grazzja ta' dan il-patt li d-dixxendenti kollha ta' Adam imwaqqa' li qatt kienu salvati kisbu l-hajja u l-immortalita’ mbierka, ghaliex il-bniedem issa hu kompletament inkapaci li jikseb l-accettazzjoni m'Alla fuq it-termini li kienu japplikaw ghal Adam fl-istat ta' l-innocenza.8

5 Gen.3:15. 6 Eb.1:1-2. 7 2 Tim.1:9; Tit.1:2. 8 Eb.11:6,13; Rum.4:1-5; Atti 4:12; Gw.8:56.

8. Kristu l-Medjatur

1. Ghogob lil Alla, fl-ghan etern tieghu, li jaghzel u jahtar lill-Mulej Gesu’, l-Iben unigenitu tieghu, skond il-patt maghmul bejniethom it-tnejn, biex ikun il-Medjatur bejn Alla u l-bniedem;1 biex ikun Profeta,2 Qassis3 u Sultan,4 ir-Ras u Salvatur tal-Knisja tieghu,5 il-Werriet ta' kollox6 u l-Imhallef tad-dinja kollha.7 Lill-Mulej Gesu’ tah, mill-eternita’ kollha, poplu biex ikun nislu. Dawn, fiz-zmien, kellhom ikunu mifdija, imsejha, gustifikati, imqaddsa u glorifikati mill-Mulej Gesu’.8

1 Isa.42:1; 1 Pt.1:19-20. 2 Atti 3:22. 3 Eb.5:5-6. 4 Salm 2:6; Lq.1:33. 5 Ef.1:22-23. 6 Eb.1:2. 7 Atti 17:31. 8 Isa.53:10; Gw.17:6; Rum.8:30.

2. L-Iben t'Alla, it-tieni persuna tat-Trinita’ Mqaddsa, Alla veru u etern, id-dija tal-glorja tal-Missier, ta' l-istess sustanza u ugwali mieghu; li ghamel id-dinja, u li jzomm u jahkem fuq il-hwejjeg kollha maghmula minnu, meta waslet il-milja taz-zmien, ha fuqu nnifsu n-natura ta' bniedem, bil-proprjetajiet essenzjali u dghufijiet komuni kollha taghha,9 bl-eccezzjoni tad-dnub.10 Kien ikkonceput mill-Ispirtu s-Santu fil-guf tal-vergni Marija, billi l-Ispirtu s-Santu gie fuqha u s-setgha ta' l-Oghla ghattietha, biex hekk twieled minn mara mit-tribu’ ta' Guda, dixxendent ta' Abraham u David, skond l-Iskritturi.11 Hekk zewg naturi shah, perfetti u distinti kienu inseparabbilment maghquda flimkien f'persuna wahda, bla konverzjoni, kompozizzjoni, jew konfuzjoni; biex hekk il-Mulej Gesu’ Kristu hu verament Alla u verament bniedem, madankollu hu Kristu wiehed, l-uniku Medjatur bejn Alla u l-bniedem.12

9 Gw.1:1,14; Gal.4:4. 10 Rum.8:3; Eb.2:14-17; 4:15. 11 Mt.1:22-23; Lq.1:27,31,35. 12 Rum.9:5; 1 Tim.2:5.

3. Il-Mulej Gesu’, bin-natura umana tieghu hekk maghquda ma' dik divina, fil-persuna ta' l-Iben, kien santifikat u midluk bl-Ispirtu s-Santu minghajr kejl,13 u ghandu fih innifsu t-tezori kollha ta' l-gherf u t-taghrif.14 Ghogob lill-Missier li fih tghammar il-milja kollha15 biex hekk, billi hu qaddis, bla hazen, mhux ikkontaminat,16 u mimli grazzja u verita’,17 ikun kompletament fornut biex jesegwixxi l-kariga ta' Medjatur u Garanti,18 pozizzjoni u dmir li ma hadhomx fuqu nnifsu, imma kien imsejjah biex iwettaqhom mill-Missier.19 U l-Missier ukoll qieghed f'idejh kull awtorita’ u gudizzju, u tah kmandament biex jezercitahom.20

13 Salm 45:7; Atti 10:38; Gw.3:34. 14 Kol.2:3. 15 Kol.1:19. 16 Eb.7:26. 17 Gw.1:14. 18 Eb.7:22. 19 Eb.5:5. 20 Gw.5:22,27; Mt.28:18; Atti 2:36.

4. Il-Mulej Gesu’ dahal ghal din il-kariga u dover ta' Medjatur u Garanti voluntarjament.21 Biex itemm hidmietu, kien maghmul taht il-ligi,22 u wettaqha perfettament, u tghabba bil-kastig misthoqq lilna, li kien imissna garrejna u sofrejna ahna.23 Kien maghmul dnub u kien maghmul sahta ghalina,24 billi ssaporta l-ehrex pwieni f'ruhu flimkien ma' sofferenzi l-izjed weggieghin f'gismu.25 Kien imsallab, u miet, u baqa' f'istat tal-mejtin, imma gismu ma sofra ebda tahsir.26 Fit-tielet jum qam mill-mewt bl-istess27 gisem li fih kien ha l-passjoni,28 u bih tela' fis-smewwiet,29 u hemm jinsab jinterciedi bil-qieghda fuq il-leminija tal-Missier,30 u ghad jirritorna biex jiggudika l-bnedmin u l-angli fl-ahhar tad-dinja.31

21 Salm 40:7-8; Eb.10:5-10; Gw.10:18. 22 Gal.4:4; Mt.3:15. 23 Gal.3:13; Isa.53:6; 1 Pt.3:18. 24 2 Kor.5:21. 25 Mt.26:37-38; Lq.22:44; Mt.27:46. 26 Atti 13:37. 27 1 Kor.15:3-4. 28 Gw.20:25,27. 29 Mk.16:19; Atti 1:9-11. 30 Rum.8:34; Eb.9:24. 31 Atti 10:42; Rum.14:9-10; Atti 1:11; 2 Pt.2:4.

5. Il-Mulej Gesu’, bl-ubbidjenza perfetta u s-sagrificcju tieghu nnifsu li Hu, permezz ta' l-Ispirtu etern, offra darba ghal dejjem lil Alla, issodisfa kompletament il-gustizzja t'Alla,32 qala' r-rikonciljazzjoni, u xtara wirt dejjiemi fis-saltna tas-smewwiet ghal dawk kollha li tah il-Missier.33

32 Eb.9:14; 10:14; Rum.3:25-26. 33 Gw.17:2; Eb.9:15.

6. Ghalkemm il-prezz tal-fidwa ma kienx attwalment imhallas minn Kristu hlief wara l-inkarnazzjoni tieghu, madankollu l-virtu’, l-effikacja u l-beneficcju li jnixxu mill-hlas tieghu kienu komunikati lill-maghzulin f'kull zmien mill-bidu tad-dinja permezz ta' dawk il-weghdi, tipi, u sagrificcji li fihom kien rivelat u sinifikat bhala n-nisel li kellu jghaffeg ras is-serp, kif ukoll il-Haruf maqtul minn tisjis id-dinja,35 ghax huwa l-istess il-bierah u llum, u ghal dejjem.36

34 1 Kor.4:10; Eb.4:2; 1 Pt.1:10-11. 35 Riv.13:8. 36 Eb.13:8.

7. Kristu, fix-xoghol tieghu bhala Medjatur, jagixxi skond iz-zewg naturi billi kull natura taghmel dak li hu xieraq ghaliha nfisha. Madankollu, minhabba l-unita’ tal-persuna tieghu, dak li hu xieraq ghal natura wahda hu kultant fl-Iskrittura attribwit ghall-persuna denominata minn natura l-ohra.37

37 Gw.3:13; Atti 20:28.

 
 
The Reformed Reader Home Page 


Copyright 1999, The Reformed Reader, All Rights Reserved