Tnejn u Tletin Artiklu ta' Fidi u Prattika Kristjana
8. Kristu l-Medjatur
1. Ghogob lil Alla, fl-ghan etern tieghu, li jaghzel u jahtar lill-Mulej Gesu, l-Iben unigenitu tieghu, skond il-patt maghmul bejniethom it-tnejn, biex ikun il-Medjatur bejn Alla u l-bniedem;1 biex ikun Profeta,2 Qassis3 u Sultan,4 ir-Ras u Salvatur tal-Knisja tieghu,5 il-Werriet ta' kollox6 u l-Imhallef tad-dinja kollha.7 Lill-Mulej Gesu tah, mill-eternita kollha, poplu biex ikun nislu. Dawn, fiz-zmien, kellhom ikunu mifdija, imsejha, gustifikati, imqaddsa u glorifikati mill-Mulej Gesu.8
1 Isa.42:1; 1 Pt.1:19-20. 2 Atti 3:22. 3 Eb.5:5-6. 4 Salm 2:6; Lq.1:33. 5 Ef.1:22-23. 6 Eb.1:2. 7 Atti 17:31. 8 Isa.53:10; Gw.17:6; Rum.8:30.
2. L-Iben t'Alla, it-tieni persuna tat-Trinita Mqaddsa, Alla veru u etern, id-dija tal-glorja tal-Missier, ta' l-istess sustanza u ugwali mieghu; li ghamel id-dinja, u li jzomm u jahkem fuq il-hwejjeg kollha maghmula minnu, meta waslet il-milja taz-zmien, ha fuqu nnifsu n-natura ta' bniedem, bil-proprjetajiet essenzjali u dghufijiet komuni kollha taghha,9 bl-eccezzjoni tad-dnub.10 Kien ikkonceput mill-Ispirtu s-Santu fil-guf tal-vergni Marija, billi l-Ispirtu s-Santu gie fuqha u s-setgha ta' l-Oghla ghattietha, biex hekk twieled minn mara mit-tribu ta' Guda, dixxendent ta' Abraham u David, skond l-Iskritturi.11 Hekk zewg naturi shah, perfetti u distinti kienu inseparabbilment maghquda flimkien f'persuna wahda, bla konverzjoni, kompozizzjoni, jew konfuzjoni; biex hekk il-Mulej Gesu Kristu hu verament Alla u verament bniedem, madankollu hu Kristu wiehed, l-uniku Medjatur bejn Alla u l-bniedem.12
9 Gw.1:1,14; Gal.4:4. 10 Rum.8:3; Eb.2:14-17; 4:15. 11 Mt.1:22-23; Lq.1:27,31,35. 12 Rum.9:5; 1 Tim.2:5.
3. Il-Mulej Gesu, bin-natura umana tieghu hekk maghquda ma' dik divina, fil-persuna ta' l-Iben, kien santifikat u midluk bl-Ispirtu s-Santu minghajr kejl,13 u ghandu fih innifsu t-tezori kollha ta' l-gherf u t-taghrif.14 Ghogob lill-Missier li fih tghammar il-milja kollha15 biex hekk, billi hu qaddis, bla hazen, mhux ikkontaminat,16 u mimli grazzja u verita,17 ikun kompletament fornut biex jesegwixxi l-kariga ta' Medjatur u Garanti,18 pozizzjoni u dmir li ma hadhomx fuqu nnifsu, imma kien imsejjah biex iwettaqhom mill-Missier.19 U l-Missier ukoll qieghed f'idejh kull awtorita u gudizzju, u tah kmandament biex jezercitahom.20
13 Salm 45:7; Atti 10:38; Gw.3:34. 14 Kol.2:3. 15 Kol.1:19. 16 Eb.7:26. 17 Gw.1:14. 18 Eb.7:22. 19 Eb.5:5. 20 Gw.5:22,27; Mt.28:18; Atti 2:36.
4. Il-Mulej Gesu dahal ghal din il-kariga u dover ta' Medjatur u Garanti voluntarjament.21 Biex itemm hidmietu, kien maghmul taht il-ligi,22 u wettaqha perfettament, u tghabba bil-kastig misthoqq lilna, li kien imissna garrejna u sofrejna ahna.23 Kien maghmul dnub u kien maghmul sahta ghalina,24 billi ssaporta l-ehrex pwieni f'ruhu flimkien ma' sofferenzi l-izjed weggieghin f'gismu.25 Kien imsallab, u miet, u baqa' f'istat tal-mejtin, imma gismu ma sofra ebda tahsir.26 Fit-tielet jum qam mill-mewt bl-istess27 gisem li fih kien ha l-passjoni,28 u bih tela' fis-smewwiet,29 u hemm jinsab jinterciedi bil-qieghda fuq il-leminija tal-Missier,30 u ghad jirritorna biex jiggudika l-bnedmin u l-angli fl-ahhar tad-dinja.31
21 Salm 40:7-8; Eb.10:5-10; Gw.10:18. 22 Gal.4:4; Mt.3:15. 23 Gal.3:13; Isa.53:6; 1 Pt.3:18. 24 2 Kor.5:21. 25 Mt.26:37-38; Lq.22:44; Mt.27:46. 26 Atti 13:37. 27 1 Kor.15:3-4. 28 Gw.20:25,27. 29 Mk.16:19; Atti 1:9-11. 30 Rum.8:34; Eb.9:24. 31 Atti 10:42; Rum.14:9-10; Atti 1:11; 2 Pt.2:4.
5. Il-Mulej Gesu, bl-ubbidjenza perfetta u s-sagrificcju tieghu nnifsu li Hu, permezz ta' l-Ispirtu etern, offra darba ghal dejjem lil Alla, issodisfa kompletament il-gustizzja t'Alla,32 qala' r-rikonciljazzjoni, u xtara wirt dejjiemi fis-saltna tas-smewwiet ghal dawk kollha li tah il-Missier.33
32 Eb.9:14; 10:14; Rum.3:25-26. 33 Gw.17:2; Eb.9:15.
6. Ghalkemm il-prezz tal-fidwa ma kienx attwalment imhallas minn Kristu hlief wara l-inkarnazzjoni tieghu, madankollu l-virtu, l-effikacja u l-beneficcju li jnixxu mill-hlas tieghu kienu komunikati lill-maghzulin f'kull zmien mill-bidu tad-dinja permezz ta' dawk il-weghdi, tipi, u sagrificcji li fihom kien rivelat u sinifikat bhala n-nisel li kellu jghaffeg ras is-serp, kif ukoll il-Haruf maqtul minn tisjis id-dinja,35 ghax huwa l-istess il-bierah u llum, u ghal dejjem.36
34 1 Kor.4:10; Eb.4:2; 1 Pt.1:10-11. 35 Riv.13:8. 36 Eb.13:8.
7. Kristu, fix-xoghol tieghu bhala Medjatur, jagixxi skond iz-zewg naturi billi kull natura taghmel dak li hu xieraq ghaliha nfisha. Madankollu, minhabba l-unita tal-persuna tieghu, dak li hu xieraq ghal natura wahda hu kultant fl-Iskrittura attribwit ghall-persuna denominata minn natura l-ohra.37
37 Gw.3:13; Atti 20:28.
8. Lil dawk kollha li ghalihom Kristu kiseb fidwa eterna, Huwa certament u effettivament japplika u jikkomunika din il-fidwa, jinterciedi ghalihom,38 jghaqqadhom mieghu nnifsu bl-Ispirtu tieghu, u jirrivelalhom fil-Kelma u bil-Kelma l-misterju tas-salvazzjoni. Jipperswadihom jemmnu u jobdu,39 jiggverna qlubhom bil-Kelma u l-Ispirtu tieghu,40 u jeghleb lill-ghedewwa kollha taghhom bis-setgha omnipotenti u l-gherf tieghu.41 Dan jottenih bit-tali manjiera u bit-tali modijiet li huma l-izjed konsonanti mad-dispensa ta' l-ghageb u intraccabbli tieghu, u dan kollu bi grazzja hielsa u assoluta, minghajr ebda kondizzjoni li jkun ra minn qabel fihom biex jipprokurawha.42
38 Gw.6:37; 10:15-16; 17:9; Rum.5:10. 39 Gw.17:6; Ef.1:9; 1 Gw.5:20. 40 Rum.8:9-14. 41 Salm 110:1; 1 Kor.15:25-26. 42 Gw.3:8; Ef.1:8.
9. Din il-kariga ta' Medjatur bejn Alla u l-bniedem tixraq biss lil Kristu, li hu l-Profeta, il-Qassis u s-Sultan tal-Knisja t'Alla. Din il-kariga ma tistax tkun trasferitaminnu ghal xi hadd iehor, la kollha kemm hi u lanqas parzjalment.43
43 1 Tim.2:5.
10. Dan l-ghadd u l-ordni ta' karigi huwa essenzjali. Minhabba l-injoranza taghna nehtiegu l-kariga profetika tieghu.44 Minhabba l-aljenazzjoni taghna minn Alla u l-imperfezzjoni ta' l-ahjar mill-qadi taghna, nehtiegu l-kariga sacerdotali tieghu biex jirrikonciljana u jipprezentana lil Alla bhala accettabbli.45 Minhabba l-avversjoni taghna lejn Alla, u l-inabbilta kompleta taghna biex nirritornaw lejh, u biex jilliberana u jzommna mill-eghdewwa spiritwali, nehtiegu l-kariga sultanija tieghu halli jikkonvincina, itahhatna, jigbidna, izommna, jehlisna, u jipprizervana sakemm naslu fis-saltna smewwija tieghu.46
44 Gw.1:18. 45 Kol.1:21; Gal.5:17. 46 Gw.16:8; Salm 110:3; Lq.1:74-75.
The Reformed Reader Home Page
Copyright 1999, The Reformed Reader, All Rights Reserved |