L-ISTQARRIJA TA' FIDI BATTISTA 1689

Tnejn u Tletin Artiklu ta' Fidi u Prattika Kristjana

 

9. Ir-Rieda Hielsa

1. Alla forna r-rieda tal-bniedem, minn natura, bil-liberta’ u s-setgha li taghzel u tagixxi fuq l-ghazla tieghu. Din ir-rieda hielsa la hi sforzata, u lanqas destinata b'xi necessita’ tan-natura biex taghmel it-tajjeb jew il-hazen.

1 Mt.17:12; Gak.1:14; Dewt.30:19.

2. Il-bniedem, fl-istat tieghu ta' l-innocenza, kellu l-liberta’ u l-qawwa biex ikun irid u jaghmel dak li hu tajjeb u joghgob lil Alla,2 imma kien instabbli, hekk li seta' jaqa' minn din il-qaghda.3

2 Ekk.7:29. 3 Gen.3:6.

3. Il-bniedem, bil-waqa' tieghu fi stat ta' dnub, tilef kompletament l-abbilta’ kollha tar-rieda biex iwettaq kwalunkwe mill-gid spiritwali li jakkumpanja s-salvazzjoni.4 Bhala bniedem naturali, hu avversiv ghalkollox ghat-tajjeb spiritwali, u mejjet fid-dnub.5 Mhux kapaci bil-qawwa tieghu li jikkonverti lilu nnifsu, jew jipprepara lilu nnifsu ghall-konverzjoni.6

4 Rum.5:6; 8:7. 5 Ef.2:1-5. 6 Tit.3:3-5; Gw.6:44.

4. Meta Alla jikkonverti midneb, u jittrasferih fi stat ta' grazzja, jehilsu mill-jasar naturali tieghu ghad-dnub,7 u bil-grazzja biss jaghmlu kapaci biex liberament ikun irid u jaghmel dak li hu spiritwalment tajjeb.8 Imma minhabba l-korruzzjonijiet li jifdal ma jkunx irid biss (jew perfettament) dak li hu tajjeb, imma wkoll ikun irid dak li hu hazin.9

7 Kol.1:13; Gw.8:36. 8 Fil.2:13. 9 Rum.7:15-23.

5. Ir-rieda tal-bniedem tkun biss maghmula hielsa perfettament u immutabbilment biex tkun trid it-tajjeb wahdu fl-istat tal-glorja.10

10 Ef.4:13.

 
 
The Reformed Reader Home Page 


Copyright 1999, The Reformed Reader, All Rights Reserved