Tnejn u Tletin Artiklu ta' Fidi u Prattika Kristjana
10. Is-Sejha Effikaci
1. Dawk li Alla ppredestina ghall-hajja, fiz-zmien mahtur u accettat joghgbu effettivament isejjah1 bil-Kelma u l-Ispirtu tieghu, 'il barra minn dak l-istat ta' dnub u mewt li fih jinsabu minn natura, ghall-grazzja u s-salvazzjoni b'Gesu Kristu.2 Idawwlilhom mohhhom spiritwalment u salvivikament biex jifhmu l-hwejjeg t'Alla.3 Inehhilhom qalbhom haggarija u jaghtihom qalb tal-laham.4 Igeddilhom ir-rieda, u bis-setgha omnipotenti tieghu, jakkawzalhom li jkunu jixtiequ u jfittxu dak li hu tajjeb. Effettivament jigbidhom lejn Gesu Kristu,5 madankollu b'tali mod li jigu liberament, billi jkunu maghmula jridu bil-grazzja tieghu.6
1 Rum.8:30; 11:7; Ef.1:10-11; 2 Tess.2:13-14. 2 Ef.2:1-6. 3 Atti 26:18; Ef.1:17-18. 4 Ezek.36:26. 5 Dewt.30:6; Ezek.36:27; Ef.1:19. 6 Salm 110:3; Ghanja 1:4.
2. Din is-sejha effikaci gejja biss mill-grazzja hielsa u specjali t'Alla, mhux minhabba xi haga kwalunkwe li Alla jkun ra minn qabel fil-bniedem. Mhix maghmula minhabba xi setgha jew agenzija fil-kreatura7 li hi passiva ghalkollox f'din il-haga. Il-bniedem hu mejjet fid-dnubiet u t-trasgressjonijiet sakemm jitghajjex u jiggedded mill-Ispirtu s-Santu.8 B'dan huwa jsir kapaci jwiegeb ghas-sejha, u jhaddan il-grazzja offruta u mwassla biha. Din il-qawwa li taghmel lill-bniedem kapaci mhi xejn qawwa inqas minn dik li qajjmet lil Kristu mill-mewt.9
7 2 Tim.1:9; Ef.2:8. 8 1 Kor.2:14; Ef.2:5; Gw.5:25. 9 Ef.1:19-20.
3. It-trabi li jmutu fl-infanzja huma rigenerati u salvati minn Kristu permezz ta' l-Ispirtu,10 li jopera meta, fejn u kif joghgbu.11 Hekk ukoll huma l-persuni maghzula kollha li mhumiex kapaci jkunu msejha esternament bil-ministeru tal-Kelma.
10 Gw.3:3-6. 11 Gw.3:8.
4. L-ohrajn mhux maghzulin, ghalkemm jistghu jkunu msejha bil-ministeru tal-Kelma, u jistghu jesperjenzaw xi operazzjonijiet komuni ta' l-Ispirtu,12 madankollu peress li mhumiex effettivament migbuda mill-Missier, ma jigux u lanqas verament ma jistghu jigu ghand Kristu u ghalhekk ma jistghux ikunu salvati.13 Wisq inqas dawk in-nies li ma jhaddnux ir-religjon Kristjana ma jistghu jkunu salvati, ikunu kemm ikunu biezla biex ifasslu hajjithom skond id-dawl tan-natura u dak kollu rikjest mir-religjon li jipprofessaw.14
12 Mt.22:14; 13:20-21; Eb.6:4-6. 13 Gw.6:44-45,65; 1 Gw.2:24-25. 14 Atti 4:12; Gw.4:22; 17:3.
The Reformed Reader Home Page
Copyright 1999, The Reformed Reader, All Rights Reserved |