L-ISTQARRIJA TA' FIDI BATTISTA 1689

Tnejn u Tletin Artiklu ta' Fidi u Prattika Kristjana

 

11. Il-Gustifikazzjoni

1. Dawk li Alla effettivament isejhilhom ukoll jiggustifikahom b'xejn,1 mhux billi jferra' l-gustizzja fihom, imma billi jahfrilhom dnubiethom, u billi jghoddhom u jilqaghhom bhala gusti,2 mhux minhabba xi haga mahduma fihom, jew maghmula minnhom, imma minhabba Kristu biss.3 Mhumiex gustifikati ghax Alla jistma bhala l-gustizzja taghhom il-fidi taghhom, jew twemminhom, jew kwalunkwe att iehor ta' ubbidjenza evangelika. Huma gustifikati kompletament u purament ghaliex Alla jqis il-gustizzja ta' Kristu bhala taghhom. Jikkonsidra bhala fil-kont taghhom l-ubbidjenza attiva ta' Kristu ghal-ligi kollha u l-ubbidjenza passiva tieghu f'mewtu.4 Jircievu l-gustizzja ta' Kristu bil-fidi, u jistriehu fuqu. Ma jippossedux u lanqas jipproducu din il-fidi huma nfushom; hija l-ghotja t'Alla.

1 Rum.3:24; 8:30. 2 Rum.4:5-8; Ef.1:7. 3 1 Kor.1:30-31; Rum.5:17-19; Ef.2:8-10. 4 Fil.3:8-9. 5 Gw.1:12; Rum.5:17.

2. Il-fidi li tircievi l-gustizzja ta' Kristu u tiddependi fuqu hi l-unika strument tal-gustifikazzjoni,6 madankollu din il-fidi mhix wahidha fil-persuna gustifikata, imma hi dejjem akkumpanjata bil-grazzji salvivici l-ohra kollha. U mhix fidi mejta, imma tahdem bl-imhabba.

6 Rum.3:28. 7 Gal.5:6; Gak.2:17-26.

3. Kristu, bl-ubbidjenza u l-mewt tieghu, skonta ghalkollox id-dejn ta' dawk kollha gustifikati, u bis-sagrificcju tieghu nnifsu permezz tad-demm tas-salib tieghu, bata minflokhom il-piena misthoqqa lilhom, u hekk issodisfa specifikament, realment, u kompletament il-haqq t'Alla ghalihom.8 Madankollu peress li kien moghti mill-Missier ghalihom, u peress li l-ubbidjenza u s-sodisfazzjon tieghu kienu accettati minflok taghhom (u t-tnejn liberament, mhux minhabba xi haga fihom),9 ghalhekk huma gustifikati totalment u purament bil-grazzja hielsa t'Alla, biex hekk kemm il-haqq ezatt u l-grazzja ghanja t'Alla jkunu msebbha fil-gustifikazzjoni tal-midinbin.10

8 Eb.10:14; 1 Pt.1:18-19; Isa.53:5-6. 9 Rum.8:32; 2 Kor.5:21. 10 Rum.3:26; Ef.1:6-7; 2:7.

4. Mill-eternita’ kollha Alla ddigrieta li jiggustifika lill-maghzulin kollha,11 u Kristu, fil-milja taz-zmien, miet ghal dnubiethom, u rega' qam ghall-gustifikazzjoni taghhom.12 Madankollu, mhumiex gustifikati personalment qabel ma l-Ispirtu s-Santu, fiz-zmien imwaqqat, attwalment japplikalhom lil Kristu.13

11 Gal.3:8; 1 Pt.1:2; 1 Tim.2:6. 12 Rum.4:25. 13 Kol.1:21-22; Tit.3:4-7.

5. Alla jkompli jahfer id-dnubiet ta' dawk gustifikati,14 u ghalkemm qatt ma jistghu jaqghu mill-istat ta' gustifikazzjoni,15 madankollu jistghu, minhabba dnubiethom, jaqghu taht id-dispjacir paternali t'Alla.16 F'dik il-kondizzjoni generalment ma jkollhomx id-dawl ta' wicc Alla restawrit lilhom qabel ma jumiljaw rwiehhom, jistqarru dnubiethom, jitolbu mahfra, u jgeddu l-fidi u l-indiema taghhom.17

14 Mt.6:12; 1 Gw.1:7-9. 15 Gw.10:28. 16 Salm 89:31-33. 17 Salm 32:5; Salm 51; Mt.26:75.

6. Il-gustifikazzjoni tal-fidili matul il-perjodu tal-Patt il-Qadim kienet f'dawn l-aspetti kollha ezattament l-istess bhall-gustifikazzjoni tal-fidili tul il-Patt il-Gdid.18

18 Gal.3:9; Rum.4:22-24.

 
 
The Reformed Reader Home Page 


Copyright 1999, The Reformed Reader, All Rights Reserved