L-ISTQARRIJA TA' FIDI BATTISTA 1689

Tnejn u Tletin Artiklu ta' Fidi u Prattika Kristjana

 

14. Il-Fidi li Ssalva

1. Il-grazzja tal-fidi li biha l-maghzulin huma moghtija l-hila biex jemmnu, hekk li rwiehhom huma salvati, hi l-opra ta' l-Ispirtu ta' Kristu fi qlubhom,1 u ordinarjament tigi bil-ministeru tal-Kelma.2 Hija wkoll mizjuda u mqawwija bix-xoghol ta' l-Ispirtu permezz tal-ministeru tal-Kelma, kif ukoll bl-amministrazzjoni tal-maghmudija u l-Ikla tal-Mulej, bit-talb, u mezzi ohra mahtura minn Alla.3

1 2 Kor.4:13; Ef.2:8. 2 Rum.10:14-17. 3 Lq.17:5; 1 Pt.2:2; Atti 20:32.

2. B'din il-fidi n-Nisrani jemmen bhala verita’ kwalunkwe haga rivelata fil-Kelma ghaliex din il-Kelma ghandha l-awtorita’ t'Alla nnifsu.4 Barra minn hekk, b'din il-fidi li ssalva, il-Kristjan jara eccellenza fil-Kelma li hi oghla mill-kitbiet l-ohra kollha u kull haga ohra fid-dinja,5 ghax il-Kelma turi l-glorja t'Alla, tirrevela l-attributi tieghu, turi l-eccellenza tan-natura u l-karigi ta' Kristu, kif ukoll il-qawwa u l-milja ta' l-Ispirtu s-Santu fil-hidmiet u l-operazzjonijiet tieghu. Hekk il-Kristjan jinghata l-qawwa biex jixhet ruhu fuq il-Verita’ li emmen,6 u jara u jirrispondi ghall-ispecijiet differenti ta' taghlim kontenut f'passi differenti ta' l-Iskrittura. Il-fidi li ssalva tfornih biex jippercepixxi u jobdi l-kmandamenti,7 jisma' t-theddid bil-biza' u rispett,8 u jhaddan il-promessi t'Alla ghal dil-hajja u l-hajja li gejja.9 Imma l-ewwel atti u l-izjed importanti tal-fidi li ssalva huma dawk li ghandhom x'jaqsmu direttament ma' Kristu, meta r-ruh taccetta, tircievi, u tistrieh fuqu biss ghall-gustifikazzjoni, santifikazzjoni u hajja eterna; dan kollu frott il-patt tal-grazzja.10

4 Atti 24:14. 5 Salm 19:7-10; 119:72. 6 2 Tim.1:12. 7 Gw.15:14. 8 Isa.66:2. 9 Eb.11:13. 10 Gw.1:12; Atti 16:31; Gal.2:20; Atti 15:11.

3. Din il-fidi, ghalkemm tinstab fi gradijiet differenti, u tista' tkun dghajfa jew qawwija,11 imqar fl-idghjef taghha hi fi klassi differenti ghalkollox u ghandha natura differenti (bhall-aspetti l-ohra ta' grazzja li ssalva) mit-tip ta' fidi u grazzja komuni posseduta minn fidili temporanji.12 Ghalhekk, avolja sikwit attakkata u mdghajfa, tikseb ir-rebha,13 u f'hafna tikber ghall-otteniment ta' assigurazzjoni shiha permezz ta' Kristu,14 li hu kemm ir-rajjes kif ukoll il-perfezzjonatur tal-fidi taghna.15

11 Eb.5:13-14; Mt.6:30; Rum.4:19-20. 12 2 Pt.1:1. 13 Ef.6:16; 1 Gw.5:4-5. 14 Eb.6:11-12; Kol.2:2. 15 Eb.12:2.

 
 
The Reformed Reader Home Page 


Copyright 1999, The Reformed Reader, All Rights Reserved