L-ISTQARRIJA TA' FIDI BATTISTA 1689

Tnejn u Tletin Artiklu ta' Fidi u Prattika Kristjana

 

16. L-Opri Tajba

1. L-opri tajba huma biss dawk l-ghemejjel li Alla kmanda fil-Kelma mqaddsa tieghu.1 L-opri li ma jgawdux l-awtorizzazzjoni ta' l-Iskrittura, u huma vvintati mill-bnedmin sforz iz-zelu ghami taghhom, jew bi skuza ta' intenzjonijiet tajba mhumiex opri tajba.2

1 Mik.6:8; Eb.13:21. 2 Mt.15:9; Isa.29:13.

2. L-opri tajba, maghmula b'ubbidjenza ghall-kmandamenti t'Alla, huma dawn: il-frottijiet u evidenzi ta' fidi vera u hajja.3 B'dawn il-fidili jesprimu u juru l-gratitudni taghhom,4 isahhu l-assigurazzjoni taghhom,5 jedifikaw lil huthom, izejnu l-professjoni ta' l-Evangelju,6 isoddu fomm l-avversarji, u jigglorifikaw lil Alla.7 Dawn il-fidili huma xoghlu, mahluqin fi Kristu Gesu’ biex jaghmlu l-opri tajba,8 u jkollhom frottijiet ta' qdusija li jwasslu ghall-hajja eterna.9

3 Gak.2:18-22. 4 Salm 116:12-13. 5 1 Gw.2:3-5; 2 Pt.1:5-11. 6 Mt.5:16. 7 1 Tim.6:1; 1 Pt.2:15; Fil.1:11. 8 Ef.2:10. 9 Rum.6:22.

3. L-abbilta’ biex jaghmlu dawn l-opri tajba ma tigi b'ebda mod minnhom infushom, imma tigi kompletament mill-Ispirtu ta' Kristu.10 Biex ikollhom hila jaghmlu l-opri tajba, flimkien ma' grazzji li diga’ jkunu rcevew, huwa necessarju li jkun hemm influwenza reali aktar mill-istess Spirtu s-Santu biex jikkawzahom li jkunu jridu u jaghmlu skond kif joghgob lilu.11 Imma l-fidili m'ghandhomx, minhabba f'hekk jittraskuraw irwiehhom, bhallikieku mhumiex obbligati li jaghmlu kwalunkwe dover jekk kemm-il darba ma tinghatalhomx mozzjoni specjali mill-Ispirtu, imma ghandhom ikunu habrieka filli jqanqlu l-grazzja t'Alla li hi fihom.12

10 Gw.15:4-5. 11 2 Kor.3:5; Fil.2:13. 12 Fil.2:12; Eb.6:11-12; Isa.64:7.

4. Dawk li jilhqu l-oghla quccata possibbli f'din il-hajja fl-ubbidjenza taghhom lejn Alla, xorta wahda jinsabu boghod wisq u ma jistghux jaqilghu mertu soprabbundanti, u jaghmlu izjed milli jirrekjiedi Alla; anzi, jaqghu wisq izjed 'l isfel minn dak li suppost jaghmlu fi dmirhom lejn Alla.13

13 Gob 9:2-3; Gal.5:17; Lq.17:10.

5. Ma nistghux bl-ahjar ghemejjel taghna nimmeritaw mahfra ghad-dnub jew hajja eterna minn id Alla minhabba l-isproporzjon vast bejn l-iprem xoghlijiet taghna u l-glorja li ghad tigi, u minhabba d-distanza infinita li tinsab bejnna u bejn Alla. B'xoghlijietna ma nistghux noffru xi qliegh jew nissodisfaw lil Alla rigward id-dejn li ghandna minhabba dnubietna.14 Meta nkunu ghamilna l-almu taghna, inkunu biss ghamilna dmirna, u nibqghu xorta wahda qaddejja bla fejda. U hekk jew hekk, sakemm l-ghemejjel taghna huma tajba, dawn joriginaw mill-hidma ta' l-Ispirtu s-Santu.15 U jerga', l-opri tajba huma tant imcappsa minna, u tant imhallta bi dghufija u imperfezzjoni, illi ma jistghux jissopravivu s-severita’ tal-gudizzju t'Alla.16

14 Rum.3:20; Ef.2:8-9; Rum.4:6. 15 Gal.5:22-23. 16 Isa.64:6; Salm 143:2.

6. Minkejja dan, apparti li l-fidili huma accettati permezz ta' Kristu bhala erwieh individwali, l-opri tajba taghhom huma wkoll milqugha bi Kristu.17 Mhux ghax il-fidili huma (f'din il-hajja) kompletament bla htija u bla lewma f'ghajnejn Alla, imma ghax ihares lejhom f'Ibnu, u joghgbu jaccetta u jippremja dak li hu sincier, avolja akkumpanjat b'hafna debolizzi u imperfezzjonijiet.18

17 Ef.1:6; 1 Pt.2:5. 18 Mt.25:21-23; Eb.6:10.

7. Ghemejjel maghmula minn nies mhux rigenerati, ghalkemm fl-essenza jistghu jkunu l-hwejjeg li Alla jikkmanda, u jistghu jkunu tajbin u ta' beneficcju ghalihom infushom kif ukoll ghal haddiehor,19 madankollu peress li ma jipprocedux minn qalb ippurifikati bil-fidi,20 u mhumiex maghmula f'manjiera sewwa skond il-Kelma,21 u peress li mhuwiex l-ghan fondamentali taghhom li jgibu glorja lil Alla,22 ghaldaqstant huma midinba, u ma jistghux joghgbu lil Alla, u lanqas ma jistghu jaghmlu lill-bniedem adatt biex jircievi grazzja minghand Alla.23 U mandankollu tkun haga izjed midinba u ma toghgobx lil Alla meta n-nies mitlufa jittraskuraw it-tali opri.24

19 2 Slaten 10:30; 1 Slaten 21:27-29. 20 Gen.4:5; Eb.11:4-6. 21 1 Kor.13:1. 22 Mt.6:2-5. 23 Gham.5:21-22; Rum.9:16; Tit.3:5. 24 Gob 21:14-15; Mt.25:41-43.

 
 
The Reformed Reader Home Page 


Copyright 1999, The Reformed Reader, All Rights Reserved