L-ISTQARRIJA TA' FIDI BATTISTA 1689

Tnejn u Tletin Artiklu ta' Fidi u Prattika Kristjana

 

18. L-Assigurazzjoni tal-Grazzja u tas-Salvazzjoni

1. Ghalkemm kredenti temporanji u nies ohra mhux rigenerati jistghu bi frugha jqarrqu bihom infushom b'tamiet foloz u prezunzjonijiet karnali li jinsabu fil-favur t'Alla u fi stat ta' salvazzjoni, tama bhal din minn naha taghhom tigi fix-xejn.1 Madankollu dawk li verament jemmnu fil-Mulej Gesu’, u jhobbuh bis-sincerita’, u li jhabirku biex jimxu b'kuxjenza tajba quddiemu, jistghu jkunu certament assigurati f'din il-hajja li jinsabu fl-istat tal-grazzja, u jistghu jithennew fit-tama tal-glorja t'Alla.2 U t-tali speranza qatt mhi se ggaghlhom jisthu.3

1 Gob 8:13-14; Mt.7:22-23. 2 1 Gw.2:3; 3:14-24; 5:13. 3 Rum.5:2-5.

2. Din l-assigurazzjoni mhix semplicament perswazjoni kongetturata u lanqas perswazjoni probabbli msejsa fuq tama fallibbli. Hija assigurazzjoni infallibbli tal-fidi4 ibbazata fuq id-demm u l-gustizzja ta' Kristu rivelat fl-Evangelju.5 Hija msejsa wkoll fuq l-evidenza gewwiena ta' dawk il-grazzji ta' l-Ispirtu f'konnessjoni ma' weghdi definiti maghmula fl-Iskritturi,6 kif ukoll fuq it-testimonjanza ta' l-Ispirtu ta' l-adozzjoni li jixhed ma' l-ispirti taghna li ahna wlied Alla,7 u li juza l-esperjenza ta' l-assigurazzjoni biex izommilna qlubna kemm umli kif ukoll qaddisa.8

4 Eb.6:11,19. 5 Eb.6:17-18. 6 2 Pt.1:4-11. 7 Rum.8:15-16. 8 1 Gw.3:1-3.

3. Din l-assigurazzjoni infallibbli mhix hekk maghquda ma' l-essenza tal-fidi tant li hija esperjenza awtomatika u inevitabbli. Fidil genwin ghandu mnejn jistenna fit-tul u jissielet ma' hafna diffikoltajiet qabel ma jkollu sehem minnha.9 Madankollu, moghti l-kapacita’ mill-Ispirtu biex isir jaf il-hwejjeg moghtija lilu b'xejn minn Alla, jista', minghajr rivelazzjoni straordinarja jilhaq din l-assigurazzjoni billi juza l-mezzi tal-grazzja kif suppost.10 Ghaldaqstant huwa d-dmir ta' kull wiehed li jhabrek kemm jista' jkun biex jaghmel il-vokazzjoni u l-ghazla tieghu certa, halli qalbu tkun imwessa' fis-sliem u l-ferh fl-Ispirtu s-Santu, fl-imhabba u gratitudni lejn Alla, u fil-qawwa u hena biex iwettaq id-doveri ta' l-ubbidjenza. Dawn id-doveri huma l-frottijiet naturali ta' l-assigurazzjoni,11 ghax qatt u qatt ma thajjar lill-bnedmin ikunu traskurati.12

9 Isa.50:10; Salm 88; Salm 77:1-12. 10 1 Gw.4:13; Eb.6:11-12. 11 Rum.5:1-5; 14:17; Salm 119:32. 12 Rum.6:1-2; Tit.2:11-14.

4. Fidili veri jistghu jkollhom l-assigurazzjoni tas-salvazzjoni taghhom imrieghda b'diversi modi, imnaqqsa, jew sospenduta. Dan jista' jigri minhabba n-negligenza taghhom filli jipprizervawha,13 jew ghax jaqghu f'xi dnub specjali li jfieri l-kuxjenza u jnikket lill-Ispirtu,14 jew b'xi tigriba ghall-gharrieda jew qawwija,15 jew ghax Alla jirtira d-dawl ta' wiccu, u jakkawza li mqar dawk li jibzghu minnu jimxu fid-dalma u jonqoshom id-dawl.16 Imma xorta wahda l-fidili qatt mhuma mhollija minghajr iz-zerriegha t'Alla17 u l-hajja tal-fidi,18 dik l-imhabba lejn Kristu u l-ahwa, dik is-sincerita’ tal-qalb u dik il-kuxjenza rigward id-dmir spiritwali taghhom. Minn dawn il-hwejjeg, bl-operazzjoni ta' l-Ispirtu, l-assigurazzjoni taghhom tista' mbaghad tkun mistejqra,19 u frattant il-prezenza ta' dawn il-grazzji tipprizervahom mid-disprament estrem.20

13 Ghanja 5:2-6. 14 Salm 51:8-14. 15 Salm 116:11; 77:7-8; 31:22. 16 Salm 30:7. 17 1 Gw.3:9. 18 Lq.22:32. 19 Salm 42:5-11. 20 Lam.3:26-31.

 
 
The Reformed Reader Home Page 


Copyright 1999, The Reformed Reader, All Rights Reserved