L-ISTQARRIJA TA' FIDI BATTISTA 1689

Tnejn u Tletin Artiklu ta' Fidi u Prattika Kristjana

 

19. Il-Ligi t'Alla

1. Alla ta lil Adam ligi ta' ubbidjenza universali miktuba f'qalbu, u tah struzzjoni specifika hafna biex ma jikolx mill-frott tas-sigra tat-taghrif tat-tajjeb u l-hazin.1 B'dan Adam u d-dixxendenti kollha tieghu kienu obbligati jobdu personalment, totalment, ezattament u perpetwalment,2 imweghda l-hajja jekk iwettqu l-ligi, u mhedda bil-mewt jekk jiksruha. Fl-istess hin Adam kien moghni bis-setgha u l-abbilta’ biex iharisha.3

1 Gen.2:16-17; Ekk.7:29. 2 Rum.10:5. 3 Gal.3:10-12.

2. L-istess ligi, miktuba l-ewwel f'qalb il-bniedem, baqghet regola perfetta ta' gustizzja wara l-Waqa',4 u kienet moghtija minn Alla fuq il-Muntanja Sinaj fl-ghaxar kmandamenti, u miktuba fuq zewg twavel, l-ewwel erba' jigbru dmirna lejn Alla, u s-sitta l-ohra dmirna lejn il-bniedem.5

4 Rum.2:14-15. 5 Dewt.10:4.

3. Minbarra dil-ligi, generalment maghrufa bhala l-ligi morali, Alla ghogbu jaghti lill-gens ta' Izrael ligijiet cerimonjali li kien fihom xi ordinanzi tipici. Dawn l-ordinanzi kienu parzjalment dwar il-qima taghhom, u fihom Kristu kien prefigurat flimkien ma' l-attributi, il-kwalitajiet, l-azzjonijiet, is-sofferenzi u l-beneficcji tieghu.6 Dawn l-ordinanzi taw ukoll struzzjonijiet dwar diversi doveri morali.7 Dawn il-ligijiet cerimonjali kollha kienu mahtura biss sa zmien ir-riforma, meta Gesu’ Kristu l-Messija veru u l-uniku legislatur, li kien fornut b'awtorita’ mill-Missier ghal dan il-ghan, ikkancellahom u nehhihom.8

6 Eb.10:1; Kol.2:17. 7 1 Kor.5:7. 8 Kol.2:14-17; Ef.2:14-16.

4. Lill-poplu ta' Izrael ta wkoll diversi ligijiet gudizzjali li skadew meta ma baqghux nazzjon. Dawn issa ma jorbtu lil hadd minhabba l-fatt li kienu parti mil-ligijiet ta' dak il-gens, imma l-ekwita’ generali taghhom tissokta tkun applikabbli ghaz-zminijiet moderni.9

9 1 Kor.9:8-10.

5. Il-ligi morali dejjem tibqa' obbligatorja u kulhadd imissu jobdiha, kemm nies gustifikati kif ukoll l-ohrajn.10 Dan mhux biss b'rispett ghall-hwejjeg kontenuti fiha, izda wkoll f'gieh l-awtorita’ t'Alla l-Hallieq, li ta l-ligi.11 U Kristu fl-Evangelju b'ebda mod ma jholl din il-ligi; ghall-kuntrarju jsahhah konsiderevolment l-obbligu taghna biex nobduha.12

10 Rum.13:8-10; Gak.2:8-12. 11 Gak.2:10-11. 12 Mt.5:17-19; Rum.3:31.

6. Ghalkemm fidili veri mhumiex taht il-ligi bhala patt ta' l-opri, biex ikunu gustifikati jew ikkundannati biha,13 madankollu hi ta' siwi kbir ghalihom kif ukoll ghall-ohrajn, ghaliex bhala regola ghall-hajja tgharrafhom ir-rieda t'Alla u d-dover taghhom u tidderigihom u tobbligahom jimxu fid-dawl taghha. Tikxef u tesponi wkoll it-tniggis midneb tan-naturi taghhom, ta' qlubhom u hajjiethom, u billi juzawha biex jezaminaw lilhom infushom ikunu jistghu jkollhom konvinzjoni ishah tad-dnub, umilta’ akbar u mibeghda aqwa ghal dnubhom.14 Biha jiksbu wkoll dehra izjed cara ta' kemm jehtiegu lil Kristu u l-perfezzjoni ta' l-ubbidjenza tieghu. Jerga' hi utli ghan-nies rigenerati biex tirrestringi l-korruzzjonijiet taghhom, minhabba l-mod kif tipprojbixxi d-dnub. It-theddidiet tal-ligi jservu biex juru x'jisthoqqilhom attwalment dnubiethom, u liema gwaj jista' jkun mistenni f'din il-hajja minhabba dawn id-dnubiet imqar minn nies rigenerati li huma mehlusin mis-sahta u r-rigorozita’ xejn imnaqqsa tal-ligi. Il-weghdi konnessi mal-ligi juru wkoll lill-fidili l-approvazzjoni t'Alla ghall-ubbidjenza, u liema barkiet jistghu jistennew meta l-ligi tinzamm u tkun obduta, ghalkemm il-barkiet ma jaslulhomx ghax ikunu ssodisfaw il-ligi bhala patt ta' opri. Meta bniedem jaghmel it-tajjeb u jitwarrab mill-hazen semplicament ghax il-ligi tenkoraggih ghat-tajjeb u tnaffru mill-hazen, dan mhuwiex evidenza li jinsab taht il-ligi aktarx milli taht il-grazzja.15

13 Rum.6:14; Gal.2:16; Rum.8:1; 10:4. 14 Rum.3:20; 7:7. 15 Rum.6:12-14; 1 Pt.3:8-13.

7. Il-ligi wzata kif imsemmi mhix kuntrarju ghall-grazzja ta' l-Evangelju, imma taqbel maghha bi hlewwa,16 hekk kif l-Ispirtu ta' Kristu jahkem ir-rieda tal-bniedem u jaghtiha l-hila taghmel liberament u bil-ferha dawk il-hwejjeg li r-rieda t'Alla, rivelata fil-ligi, tirrekjiedi li jsiru.16

16 Gal.3:21. 17 Ezek.36:27.

 
 
The Reformed Reader Home Page 


Copyright 1999, The Reformed Reader, All Rights Reserved