L-ISTQARRIJA TA' FIDI BATTISTA 1689

Tnejn u Tletin Artiklu ta' Fidi u Prattika Kristjana

 

21. Il-Liberta’ Kristjana u l-Liberta’ tal-Kuxjenza

1. Il-liberta’ li Kristu xtara ghall-fidili taht l-Evangeljutinsab fil-helsien taghhom mill-htija tad-dnub1 u l-ghadab t'Alla ghall-kundanna, mir-rigorozita’ u s-sahta tal-ligi, u mill-emancipazzjoni taghhom minn din id-dinja hazina prezenti,2 mill-jasar taht Satana,3 mid-dominju tad-dnub,4 mill-hsara ta' l-afflizzjonijiet,5 mill-biza' u t-tniggiza tal-mewt, mill-vittorja tal-qabar,6 u mid-dannazzjoni dejjiema.7 Dan il-liberta’ tidher ukoll fid-dhul hieles taghhom quddiem Alla, u l-abbilta’ taghhom li jesprimu ubbidjenza lejh mhux sforz il-biza' jassari,8 imma b'imhabba ta' wlied u mhuh voluntarji.9 Dawn il-libertajiiet, fis-sustanza taghhom, kienu wkoll l-esperjenza ta' fidili veri taht il-ligi tal-Patt il-Qadim,10 imma ghall-Kristjani tal-Patt il-Gdid din il-liberta’ hi mwessa' izjed, ghax igawdu l-liberta’ mill-madmad tal-ligi cerimonjali li ghalih kienet imtahhta l-knisja Lhudija. Huma wkoll ghandhom qlubija ikbar ta' dhul quddiem it-tron tal-grazzja u komunikazzjonijiet ishah ta' l-Ispirtu hieles t'Alla milli fidili taht il-ligi normalment kienu jgarrbu.11

1 Gal.3:13. 2 Gal.1:4. 3 Atti 26:18. 4 Rum.8:3. 5 Rum.8:28. 6 1 Kor.15:54-57. 7 1 Tess.1:10. 8 Rum.8:15. 9 Lq.1:73-75; 1 Gw.4:18. 10 Gal.3:9-14. 11 Gw.7:38-39; Eb.10:19-21.

2. Alla wahdu hu Sid il-kuxjenza,12 u halliha hielsa mid-dottrini u kmandamenti kollha tal-bnedmin li b'xi mod jehduha kontra l-Kelma tieghu, jew mhumiex kontenuti fiha.13 Ghalhekk meta wiehed jemmen it-tali dottrini jew jobdi t-tali kmandamenti mill-kuxjenza jkun qed jittradixxi l-liberta’ vera tal-kuxjenza.14 Id-domanda ghall-fidi implicita, ubbidjenza assoluta u ghamja, tiddestruggi l-liberta’ tal-kuxjenza u tar-raguni wkoll.15

12 Gak.4:12; Rum.14:4. 13 Atti 4:19; 5:29; 1 Kor.7:23; Mt.15:9. 14 Kol.2:20-23. 15 1 Kor.3:5; 2 Kor.1:24.

3. Dawk li bi skuza tal-liberta’ Kristjana jipprattikaw kwalunkwe dnub jew jghozzu kwalunkwe xehwa midinba, jghawwgu l-ghan ewlieni tal-grazzja ta' l-Evangelju ghall-qirda taghhom infushom.16 Jiddestruggu kompletament l-oggettiv tal-liberta’ Kristjana: propjament din, li ahna, mehlusin minn idejn l-eghdewwa kollha taghna, naqdu lill-Mulej bla biza', fil-qdusija u gustizzja quddiemu, il-jiem kollha ta' hajjitna.17

16 Rum.6:1-2. 17 Gal.5:13; 2 Pt.2:18-21.

 
 
The Reformed Reader Home Page 


Copyright 1999, The Reformed Reader, All Rights Reserved