L-ISTQARRIJA TA' FIDI BATTISTA 1689

Tnejn u Tletin Artiklu ta' Fidi u Prattika Kristjana

 

22. Il-Qima u Jum il-Mulej

1. Id-dawl tan-natura juri li hemm Alla li ghandu pussess u sovranita’ fuq kollox, hu gust u tajjeb, u jaghmel il-gid lil kulhadd. Ghalhekk ghandna nibzghu minnu, inhobbuh, infahhruh, insejhu 'l Ismu, nafdawh, u nservuh bil-qalb u r-ruh kollha, u bil-qawwa kollha taghna.1 Imma l-mod accettabbli kif inqimu 'l Alla veru kien imwaqqaf minnu nnifsu,2 u ghalhekk il-metodu taghna ta' qima hu limitat mir-rieda rivelata tieghu stess. M'ghandux ikun meqjum skond l-immaginazzjoni u l-iskemi tal-bnedmin, lanqas skond is-suggerimenti ta' Satana. M'ghandux ikun meqjum permezz ta' rapprezentazzjonijiet vizibbli, jew bi kwalunkwe mod iehor mhux preskritt fl-Iskritturi Mqaddsa.3

1 Ger.10:7; Mk.12:33. 2 Dewt.12:32. 3 Ez.20:4-6.

2. Il-qima ghandha tinghata lil Alla l-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu, u lilu wahdu;4 mhux lill-angli, qaddisin, jew kwalunkwe hlejjaq ohra.5 U mill-Waqa' 'l hawn, il-qima m'ghandhiex tinghata minghajr medjatur,6 u l-medjazzjoni milqugha hi biss dik ta' Kristu.

4 Mt.4:9-10; Gw.5:23; Mt.28:19. 5 Rum.1:25; Kol.2:18; Riv.19:10. 6 Gw.14:6. 7 1 Tim.2:5.

3. It-talb, b'radd il-hajr, hu parti mill-qima naturali, u dan Alla jirrekjedih mill-bnedmin kollha.8 Imma biex ikun accettat dan ghandu jsir f'isem l-Iben,9 bl-ghajnuna ta' l-Ispirtu,10 u skond ir-rieda tieghu.11 Jehtieg isir b'fehma, reverenza, umilta’, hegga, fidi, imhabba, u perseveranza; u t-talb komunitarju ghandu jsir b'ilsien maghruf.12

8 Salm 95:1-7; 65:2. 9 Gw.14:13-14. 10 Rum.8:26. 11 1 Gw.5:14. 12 1 Kor.14:16-17.

4. Ghandu jsir talb ghall-hwejjeg legittmi, u ghal kull xorta ta' nies hajjin jew li ghad jghixu fil-gejjieni,13 izda mhux ghall-mejtin,14 lanqas ghal min hu maghruf li dineb 'id-dnub ghall-mewt'.15

13 1 Tim.2:1-2; 2 Sam.7:29. 14 2 Sam.12:21-23. 15 1 Gw.5:16.

5. Il-qari ta' l-Iskritturi,16 l-ippriedkar u s-smigh tal-Kelma t'Alla,17 it-taghlim u t-twiddib wiehed lill-iehor bis-salmi, innijiet, u ghanjiet spiritwali, nghannu bi grazzja fi qlubna lill-Mulej,18 kif ukoll l-amministrazzjoni tal-maghmudija19 u l-Ikla tal-Mulej,20 huma lkoll partijiet tal-qima t'Alla. Dawn ghandna naghmluhom f'ubbidjenza lejh, bil-fehma, fidi, reverenza u biza' qaddis. Perjodi ta' umiljazzjoni solenni, sawm21 u ringrazzjament22 ghandhom ukoll jintuzaw b'manjiera qaddisa u reverenti f'okkazzjonijiet specjali.

16 1 Tim.4:13. 17 2 Tim.4:2; Lq.8:18. 18 Kol.3:16; Ef.5:19. 19 Mt.28:19-20. 20 1 Kor.11:26. 21 Est.4:16; Goel 2:12. 22 Ez.15:1-19; Salm 107.

6. Taht l-Evangelju la t-talb u lanqas kwalunkwe parti ohra ta' qima religjuza mhi marbuta jew maghmula izjed accettabbli, mal-lok li fiha titwettaq jew lejn liema post hi diretta. Alla ghandu jkun meqjum kullimkien fl-ispirtu u l-verita’,23 sew f'familji privati24 kuljum,25 fil-mohbi minn kull individwu,26 jew solennament fil-gemghat pubblici. Dawn m'ghandhomx ikunu traskurati jew abbandunati b'nuqqas ta' hsieb jew apposta, meta Alla bil-Kelma u l-providenza tieghu jsejhilna ghalihom.27

23 Gw.4:21; Mal.1:11; 1 Tim.2:8. 24 Atti 10:2. 25 Mt.6:11; Salm 55:17. 26 Mt.6:6. 27 Eb.10:25; Atti 2:42.

7. Bhalma hi l-ligi tan-natura li generalment proporzjon ta' hin, skond il-hatra t'Alla, ghandu jkun imwarrab ghall-qima tieghu, hekk Hu ta fil-Kelma kmandament pozittiv, morali u perpetwu, li jobbliga lill-bnedmin kollha f'kull zmien ghal dan il-ghan. Partikolarment hatar jum wiehed minn sebgha bhala sabat biex jinzamm qaddis ghalih.28 Mill-bidu tad-dinja sal-qawmien ta' Kristu dan kien l-ahhar jum tal-gimgha, u mill-qawmien ta' Kristu kien mibdul ghall-ewwel jum tal-gimgha u msejjah Jum il-Mulej.29 Dan ghandu jissokta sa tmiem id-dinja bhala s-Sabat Kristjan, billi l-osservanza ta' l-ahhar jum tal-gimgha kienet abolita.

28 Ez.20:8. 29 1 Kor.16:1-2; Atti 20:7; Riv.1:10.

8. Is-Sabat jinzamm qaddis ghall-Mulej minn dawk li wara t-thejjija mehtiega ta' qlubhom u l-arrangamenti minn qabel tal-hidma komuni taghhom, josservaw il-jum kollu bhala mistrieh qaddis mix-xoghlijiet taghhom stess, mill-kliem u l-hsibijiet dwar l-impjieg tad-dinja u r-rikreazzjonijiet taghhom,30 u jaghtu lilhom infushom ghall-atti pubblici u privati ta' qima l-hin kollu, u jwettqu doveri ta' necessita’ u hniena.31

30 Isa.58:13; Neh.13:15-22. 31 Mt.12:1-13.

 
 
The Reformed Reader Home Page 


Copyright 1999, The Reformed Reader, All Rights Reserved