L-ISTQARRIJA TA' FIDI BATTISTA 1689

Tnejn u Tletin Artiklu ta' Fidi u Prattika Kristjana

 

23. Half u Voti Legittmi

1. Halfa legittma hi att ta' qima religjuza; biha l-persuna li tahlef bil-verita’, gustizzja u gudizzju, solennament issejjah lil Alla biex jixhed dak li tahlef,1 u jiggudikaha skond il-verita’ jew falsita’ taghha.1

1 Ez.20:7; Dewt.10:20; Ger.4:2. 2 2 Kron.6:22-23.

2. Biss bl-isem t'Alla tista' halfa gusta tkun mahlufa, u biss jekk tkun uzata bl-akbar biza' t'Alla u reverenza. Ghaldaqstant, meta tahlef fieragh jew bl-addocc bl-isem glorjuz u imponenti t'Alla, jew meta tahlef bi kwalunkwe isem jew haga ohra, hu att midneb, u ghandu jkun stmat b'disgust u detestazzjoni.3 Imma fi hwejjeg ta' gravita’ jew konsegwenza, ghall-konferma tal-verita’, u ghat-temma tat-tilwim, il-halfa hi sanzjonata mill-Kelma t'Alla.4 Ghalhekk, hu permess tahlef halfa legittma imponuta minn awtorita’ legittma fit-tali cirkostanzi.5

3 Mt.5:34-37; Gak.5:12. 4 Eb.6:16; 2 Kor.1:23. 5 Neh.13:25.

3. Kull min jahlef halfa sanzjonata mill-Kelma t'Alla huwa obbligat jikkonsidra t-toqol ta' att daqstant solenni, u jafferma jew jistqarr biss dak li jaf li hu veru. Ghax bi hlif bla kont, falz u vanituz, il-Mulej hu provokat, u minhabba f'hekk l-art titbekka.6

6 Lev.19:12; Ger.23:10.

4. Halfa ghandha ssir fis-sens car u komuni tal-kelma, minghajr ekwivocita’ jew rizerva mentali.7

7 Salm 24:4.

5. Vot m'ghandux ikun maghmul lil xi kreatura, imma lil Alla biss; ghandu jsir u jitwettaq bl-ikbar attenzjoni u fedelta’.8 Imma voti monastici (bhal fil-Knisja ta' Ruma) ta' hajja celibi perpetwa,9 pretensjonijiet ta' faqar10 u ubbidjenza regolari, mhux talli mhumiex gradi ta' perfezzjoni oghla, izda huma nsabi superstizzjuzi u midinba, hekk li ebda Kristjan m'ghandu jithabbel fihom.11

8 Salm 76:11; Gen.28:20-22. 9 1 Kor.7:2,9. 10 Ef.4:28. 11 Mt.19:11.

 
 
The Reformed Reader Home Page 


Copyright 1999, The Reformed Reader, All Rights Reserved