Tnejn u Tletin Artiklu ta' Fidi u Prattika Kristjana
25. Iz-Zwieg
1. Iz-zwieg ghandu jkun bejn ragel wiehed u mara wahda. Mhux sewwa ghal kwalunkwe ragel li jkollu izjed minn mara wahda, lanqas ghal kwalunkwe mara li jkollha izjed minn ragel wiehed fl-istess hin.1
1 Gen.2:24; Mal.2:15; Mt.19:5-6.
2. Alla waqqaf iz-zwieg ghall-ghajnuna reciproka tar-ragel u l-mara,2 ghat-tkattir ta' l-umanita b'nisel legittmu,3 u ghall-privenzjoni ta' l-immoralita.4
2 Gen.2:18. 3 Gen.1:28. 4 1 Kor.7:2,9.
3. Huwa legittmu ghal kull tip ta' nies li jizzewwgu jekk ikunu kapaci jaghtu l-kunsens razzjonabbli taghhom.5 Imma huwa d-dmir ta' l-Insara li jizzewwgu fil-Mulej,6 u ghalhekk dawk li jipprofessaw il-vera religjon m'ghandhomx jizzewgu infidili jew idolatri. Il-fidili lanqas m'ghandhom ikunu marbuta b'madmad mhux indaqs billi jizzewwgu ma' dawk hziena f'hajjithom jew li jhaddnu taghlim eretiku kkundannat ghall-haqq.7
5 Eb.13:4; 1 Tim.4:3. 6 1 Kor.7:39. 7 Neh.13:25-27.
4. Iz-zwieg m'ghandux ikun fil-gradijiet ta' konsangwinita jew affinita michuda fil-Kelma;8 zwigijiet incestuzi bhal dawn qatt ma jistghu jkunu maghmulin legittmi b'xi ligi tal-bniedem jew kunsens ta' partijiet biex hekk it-tali persuni jghammru flimkien bhala ragel u martu.9
8 Lev.18. 9 Mk.6:18; 1 Kor.5:1.
The Reformed Reader Home Page
Copyright 1999, The Reformed Reader, All Rights Reserved |