L-ISTQARRIJA TA' FIDI BATTISTA 1689

Tnejn u Tletin Artiklu ta' Fidi u Prattika Kristjana

 

26. Il-Knisja

1. Il-Knisja universali, li tista' tissejjah invizibbli (inkwantu l-hidma interna ta' l-Ispirtu u l-verita’ tal-grazzja) tikkonsisti fl-ghadd shih tal-maghzulin, dawk kollha li kienu, huma, jew ghad ikunu migbura f'wiehed taht Kristu, li hu r-Ras. Din il-Knisja universali hi l-mara, il-gisem, il-milja ta' Dak li jimla kollox b'kollox.

1 Eb.12:23; Kol.1:18; Ef.1:10,22-23; 5:23-32.

2. In-nies kollha mad-dinja li jipprofessaw il-fidi ta' l-Evangelju u l-ubbidjenza lejn Kristu skond l-istess Evangelju, u li ma jeqirdux il-professjoni taghhom bi kwalunkwe errur li jikkontradixxi jew jaqleb id-dottrini fondamentali ta' l-Evangelju, jew b'imgieba mistkerrha, huma qaddisin vizibbli u nistghu nistmawhom hekk.2 Il-kongregazzjonijiet individwali kollha ghandhom ikunu kostitwiti mit-tali nies.3

2 1 Kor.1:2; Atti 11:26. 3 Rum.1:7; Ef.1:20-22.

3. Il-knejjes l-izjed safja taht is-sema huma suggetti ghat-tahlit u l-izball,4 u xi whud tant iddigeneraw li hedew milli jkunu knejjes ta' Kristu u saru sinagogi ta' Satana.5 Madankollu Kristu minn dejjem kellu, u dejjem jibqa' jkollu (sa tmiem iz-zmien) saltna f'din id-dinja, komposta minn dawk li jemmnu fih, u jipprofessaw lil ismu.6

4 1 Kor.5; Riv.2 & 3. 5 Riv.18:2; 2 Tess.2:11-12. 6 Mt.16:18; Salm 72:17; Salm 102:28; Riv.12:17.

4. Il-Mulej Gesu’ Kristu hu Ras il-Knisja. Fih, bil-hatra tal-Missier, hija investita b'manjiera suprema u sovrana kull awtorita’ ghas-sejha, l-istituzzjoni, l-ordni, jew il-gvern tal-Knisja.7 Il-Papa ta' Ruma f'ebda sens ma jista' jkun kap tal-Knisja, imma huwa dak l-antikrist, dak il-bniedem tad-dnub, u bin it-telfien, li jezalta lilu nnifsu fil-knisja kontra Kristu u kulma hu msejjah Alla, li l-Mulej ghad jiddestruggi bid-dija tal-migja tieghu.8

7 Kol.1:18; Mt.28:18-20; Ef.4:11-12. 8 2 Tess.2:1-10.

5. Fl-ezercizzju ta' l-awtorita’ fdata lilu, il-Mulej Gesu’ jsejjah ghalih innifsu mid-dinja, permezz tal-ministeru tal-Kelma, bl-Ispirtu tieghu, lil dawk moghtija lilu mill-Missier,9 biex hekk jimxu quddiemu fil-moghdijiet kollha ta' l-ubbidjenza li jippreskrivilhom fil-Kelma tieghu.10 Dawk hekk imsejha, jikkmandahom jimxu flimkien f'socjetajiet jew knejjes partikolari, ghall-edifikazzjoni reciproka u ghat-twettiq xieraq ta' dik il-qima pubblika li jirrekjiedi minnhom fid-dinja.11

9 Gw.10:16; 12:32. 10 Mt.28:20. 11 Mt.18:15-20.

6. Il-membri ta' dawn il-knejjes huma qaddisin ghaliex kienu msejha minn Kristu, u ghax vizibbilment jimmanifestaw u jaghtu evidenza ta' l-ubbidjenza taghhom ghal dik il-vokazzjoni bil-professjoni u l-mixja taghhom.12 It-tali qaddisin voluntarjament jaghtu l-kunsens taghhom biex jimxu flimkien skond l-istruzzjonijiet ta' Kristu, billi jaghtu lilhom infushom lill-Mulej u lil xulxin, skond ir-rieda t'Alla, f'sottomissjoni mistqarra ghall-ordnijiet ta' l-Evangelju.13

12 Rum.1:7; 1 Kor.1:2. 13 Atti 2:41-42; 5:13-14; 2 Kor.9:13.

7. Lil kull wahda minn dawn il-knejjes hekk migbura, skond hsieb il-Mulej kif dikjarat f'Kelmtu stess, ta kull setgha u awtorita’ li bi kwalunkwe mod jirrekjiedi minnhom biex isegwu l-forma ta' qima u dixxiplina li waqqaf ghalihom biex josservaw. Ta wkoll il-kmandamenti u regoli kollha ghall-ezercizzju xieraq u tajjeb ta' din is-setgha.14

14 Mt.18:17-18; 1 Kor.5:4-5; 5:13; 2 Kor.2:6-8.

8. Knisja partikolari, migbura u organizzata kompletament skond il-hsieb ta' Kristu, tikkonsisti f'ufficcjali u membri. L-ufficcjali mahtura minn Kristu biex ikunu maghzula u mwarrba mill-knisja huma l-isqfijiet (imsejha wkoll presbiteri) u d-djakni. Dawn ghandhom ikunu mahtura ghall-amministrazzjoni pekuljari ta' l-ordinanzi u l-ezekuzzjoni tas-setgha jew dmir li fdalhom il-Mulej u li ghalihom sejhilhom. Dan l-arrangament ghall-ordni tal-knisja ghandu jissokta sa tmiem id-dinja.15

15 Atti 20:17,28; Fil.1:1.

9. Il-mod mahtur minn Kristu ghas-sejha ta' kwalunkwe persuna kwalifikata u moghnija mill-Ispirtu s-Santu ghall-kariga ta' isqof jew presbiteru fi knisja, hu li ghandu jinghazel bil-kunsens komuni u l-vot tal-knisja nfisha.16 It-tali ghandu jkun imwarrab solennament bis-sawm u t-talb, bit-tqeghid ta' l-idejn tal-presbiterju tal-knisja (jekk ikun hemm presbiteru jew presbiteri mahtura minn qabel).17 Il-mod ta' Kristu ghas-sejha ta' djaknu hu wkoll li jkun maghzul bil-kunsens komuni u l-vot tal-knisja u mwarrab bit-talb, bit-tqeghid ta' l-idejn.18

16 Atti 14:23. 17 1 Tim.4:14. 18 Atti 6:3-6.

10. Peress li x-xoghol tar-rghajja huwa li jiddedikaw lilhom infushom kostantement ghas-servizz ta' Kristu fil-knejjes tieghu bil-ministeru tal-Kelma u t-talb, u jghassu lill-erwieh billi jridu jaghtu kont lilu,19 il-knejjes li fihom jaqdu ghandhom obbligu jaghfas fuqhom biex juruhom mhux biss kull rispett xieraq, imma wkoll jaghtuhom kontribut mill-gid materjali kollu taghhom, skond l-abbilta’ taghhom.2 Dan ghandu jsir biex hekk ir-rghajja jkollhom provvista konfortabbli u ma jkollhomx ghalfejn jinstarmu f'affarijiet sekulari,21 u jkunu wkoll kapaci jezercitaw l-ospitalita’ lejn haddiehor.22 Dan kollu tirrekjedih il-ligi tan-natura kif ukoll il-kmand esplicitu ta' Sidna Gesu’, li hatar li min ixandar l-Evangelju ghandu jghix bl-Evangelju.23

19 Atti 6:4; Eb.13:17. 20 1 Tim.5:17-18; Gal.6:6-7. 21 2 Tim.2:4. 22 1 Tim.3:2. 23 1 Kor.9:6-14.

11. Ghalkemm il-presbiteri jew rghajja tal-knejjes huma obbligati jippridkaw urgentament il-Kelma skond il-kariga taghhom, madankollu l-proklamazzjoni mhix limitata esklussivament ghalihom. Ghalhekk ohrajn moghnija u maghmula kompetenti mill-Ispirtu s-Santu ghall-hidma, u li huma approvati u msejha mill-knisja, jistghu u jmisshom ihaddmu d-don taghhom.24

24 Atti 11:19-21; 1 Pt.4:10-11.

12. Il-fidili kollha ghandhom dover jinghaqdu ma' knejjes partikolari meta u fejn ikollhom l-opportunita’ jaghmlu dan. Dawk kollha mdahhla fil-privileggi ta' knisja jinsabu wkoll taht it-twiddib u l-gvern taghha skond ir-regola ta' Kristu.25

25 1 Tess.5:14; 2 Tess.3:6,14-15.

13. Ebda membru fil-knisja, minhabba kwalunkwe offiza kontra tieghu minn membru siehbu, ladarba jkun wettaq id-dmir preskritt lejn il-persuna li tkun ikkawzat l-offiza, ma jista' jiddisturba l-ordni tal-knisja b'xi mod, jew jassenta ruhu mil-laqghat jew l-amministrazzjoni ta' l-ordinanzi minhabba offiza bhal din. Ghall-kuntrarju, ghandu jistrieh fuq Kristu ghal aktar procedimenti fil-knisja.26

26 Mt.18:15-17; Ef.4:2-3.

14. Il-membri kollha ta' kull knisja lokali huma obbligati jitolbu konstantement ghall-gid u l-prosperita’ tal-knejjes kollha ta' Kristu kullimkien,27 u jassistu lil kull min jigi fid-distrett jew sejha taghhom, bl-ezercizzju tad-doni u l-grazzji taghhom. Allura meta l-knejjes ikunu mhawwla bit-tjieba t'Alla jmisshom ukoll izommu xirka bejniethom biex jippromwovu l-paci, l-imhabba dejjem toktor u edifikazzjoni reciproka hekk kif u meta jgawdu l-opportunita’ biex jaghmlu dan ghall-beneficcju taghhom.28

27 Ef.6:18; Salm 122:6. 28 Rum.16:1-2; 3 Gw.8-10.

15. F'kazijiet ta' diffikoltajiet jew differenzi, sew f'materja ta' dottrina jew amministrazzjoni, li jikkoncernaw il-knejjes generalment jew kwalunkwe knisja wahda, u li jaffettwaw is-sliem, l-unjoni, u l-edifikazzjoni taghhom, kif ukoll meta kwalunkwe membri ta' knisja huma ingurjati minhabba xi procedimenti dixxiplinarji mhux konsistenti mal-Kelma jew ordni korretta, huwa skond il-hsieb ta' Kristu, li hafna knejjes li jzommu komunjoni flimkien, permezz tar-rapprezentanti mahtura taghhom, jiltaqghu biex iqisu u jaghtu l-parir taghhom dwar il-materja disputata, u jirrapportaw lura lill-knejjes kollha kkoncernati.29 Madankollu, meta dawn ir-rapprezentanti jkunu f'assemblea, mhumiex fdati b'xi qawwa reali tal-knisja, jew b'xi gurisdizzjoni fuq il-knejjes involuti fil-problema. Ma jisghux jezercitaw xi censura fuq xi knejjes jew persuni, jew jimponu l-konkluzjoni taghhom fuq il-knejjes jew l-ufficcjali taghhom.30

29 Atti 15:2-6,22-25. 30 2 Kor.1:24; 1 Gw.4:1.

 
 
The Reformed Reader Home Page 


Copyright 1999, The Reformed Reader, All Rights Reserved