L-ISTQARRIJA TA' FIDI BATTISTA 1689

Tnejn u Tletin Artiklu ta' Fidi u Prattika Kristjana

 

27. Ix-Xirka tal-Qaddisin

1. Il-qaddisin kollha maghqudin ma' Gesu’ Kristu, ir-Ras taghhom, bl-Ispirtu tieghu, u bil-fidi, ghalkemm b'daqshekk mhumiex maghmulin persuna wahda mieghu, ghandhom xirka fil-grazzji, is-sofferenzi, il-mewt, ir-rezurrezzjoni, u l-glorja tieghu.1 Barra minn hekk, uniti ma' xulxin fl-imhabba, igawdu komunjoni fid-doni u l-grazzji ta' xulxin,2 u huma obbligati jwettqu bl-ordni t-tali doveri pubblici u privati li jwasslu ghall-gid reciproku ta' xulxin, kemm spiritwalment kif ukoll fizikament.3

1 1 Gw.1:3; Gw.1:16; Fil.3:10; Rum.6:5-6. 2 Ef.4:15-16; 1 Kor.12:7; 3:21-23. 3 1 Tess.5:11,14; Rum.1:12; 1 Gw.3:17-18; Gal.6:10.

2. Il-qaddisin, bil-professjoni taghhom, huma impenjati jmantnu xirka u komunjoni qaddisa fil-qima t'Alla u jwettqu s-servizzi spiritwali l-ohra li javvanzaw l-edifikazzjoni reciproka taghhom.4 Ghandhom ukoll iwieznu lil xulxin fi hwejjeg temporali skond il-htigijiet varji taghhom u l-abbiltajiet biex iwiegbu ghalihom.5 Din il-komunjoni jew xirka, ghalkemm ezercitata principalment mill-qaddisin fic-cirku immedjat taghhom ta' fidili bhalma huma l-familji6 u knejjes,7 ghandha tkun estiza (skond ir-regola ta' l-Evangelju) ghad-dar kollha tal-fidi, skond kif Alla jaghti l-opportunita’. Dan ifisser dawk kollha li f'kull lok isejjhu isem il-Mulej Gesu’. Madankollu, il-komunjoni taghhom ma' xulxin bhala qaddisin la tinnega u lanqas tippriva lill-individwu milli jippossiedi gid u beni.8

4 Eb.10:24-25; 3:12-13. 5 Atti 11:29-30. 6 Ef.6:4. 7 1 Kor.12:14-27. 8 Atti 5:4; Ef.4:28.

 
 
The Reformed Reader Home Page 


Copyright 1999, The Reformed Reader, All Rights Reserved