Tnejn u Tletin Artiklu ta' Fidi u Prattika Kristjana
29. Il-Maghmudija
1. Il-Maghmudija hi ordinanza tal-Patt il-Gdid, imwaqqfa minn Gesu Kristu, biex tkun ghall-imghammed sinjal tax-xirka tieghu ma' Kristu fil-mewt u l-qawmien tieghu, tat-tlaqqim tieghu fi Kristu,1 tal-mahfra tad-dnubiet,2 u ta' l-ghoti ta' dik il-persuna taghha nfisha lil Alla, permezz ta' Gesu Kristu, biex tghix u timxi fit-tigdid tal-hajja.3
1 Rum.6:3-5; Kol.2:12; Gal.3:27. 2 Mk.1:4; Atti 22:16. 3 Rum.6:4.
2. Dawk li attwalment jipprofessaw l-indiema lejn Alla, fidi f'Sidna Gesu Kristu, u ubbidjenza lejh, huma l-unici kandidati xierqa ghal din l-ordinanza.4
4 Mk.16:16; Atti 8:36-37; 2:41; 8:12; 18:8.
3. L-element estern li ghandu jintuza ghal din l-ordinanza huwa l-ilma, li fih il-persuna ghandha tkun mghammda fl-isem tal-Missier, u ta' l-Iben, u ta' l-Ispirtu s-Santu.5
5 Mt.28:19-20; Atti 8:38.
4. L-immersjoni - it-tghaddis tal-persuna fl-ilma - hija necessarja ghall-amministrazzjoni xierqa ta' din l-ordinanza.6
6 Mt.3:16; Gw.3:23.
The Reformed Reader Home Page
Copyright 1999, The Reformed Reader, All Rights Reserved |