L-ISTQARRIJA TA' FIDI BATTISTA 1689

Tnejn u Tletin Artiklu ta' Fidi u Prattika Kristjana

 

30. L-Ikla tal-Mulej

1. L-Ikla tal-Mulej Gesu’ kienet imwaqqfa minnu f'dak l-istess lejl li fih kien tradut biex tkun osservata fil-knejjes tieghu sa tmiem id-dinja bhala t-tfakkira perpetwa, u t-tnedija tas-sagrificcju tieghu nnifsu f'mewtu.1 Kristu waqqafha wkoll biex jikkonferma l-fidili fil-beneficcju kollha ta' mewtu; ghan-nutriment spiritwali taghhom u l-kobor fih; ghall-ingagg aktar kotran taghhom u l-impenn ghad-dmirijiet kollha li jmisshom juruh; u biex tkun rabta u plegg tal-komunjoni taghhom mieghu u mal-fidili shabhom.1

1 1 Kor.11:23-26. 2 1 Kor.10:16-21.

2. F'din l-ordinanza Kristu mhux offrut lil Missieru, u lanqas ma jsir xi sagrificcju reali ghall-mahfra tad-dnub (tal-hajjin jew tal-mejtin). Hemm biss kommemorazzjoni ta' dik id-debha wahda ta' Kristu tieghu nnifsu fuq is-salib darba ghal dejjem;3 it-tifkira hi akkumpanjata b'oblazzjoni spiritwali ta' kull tifhir possibbli lil Alla ghall-Kalvarju.4 Ghalhekk, is-sagrificcju Kattoliku Ruman tal-quddiesa, kif isejhulha, hu mill-aktar abominabbli, peress li hu ingurjuz ghas-sagrificcju ta' Kristu nnifsu, li hu l-uniku propizjazzjoni ghad-dnubiet kollha tal-mahturin.4

3 Eb.9:25-28. 4 1 Kor.11:24; Mt.26:26-28.

3. Il-Mulej Gesu’, f'din l-ordinanza, hatar lill-ministri tieghu biex jitolbu u jbierku l-elementi tal-hobz u l-inbid (u hekk iwarrbuhom minn uzu komuni ghal wiehed qaddis) u biex jiehdu u jaqsmu l-hobz, imbaghad jaqbdu l-kies, u jaghtuhom it-tnejn lill-komunikanti, filwaqt li jiehdu sehem huma wkoll.5

5 1 Kor.11:23-26.

4. Ic-cahda tal-kies lin-nies, il-prattici li tinghata qima lill-elementi, u l-irfigh taghhom jew il-garr taghhom ghall-adorazzjoni, jew l-irrizervar taghhom ghal kwalunkwe uzu taparsi religjuz, huma lkoll kuntrarji ghan-natura ta' din l-ordinanza u ghall-istituzzjoni ta' Kristu.6

6 Mt.26:26-28; 15:9; Ez.20:4-5.

5. L-elementi esterni f'din l-ordinanza li korrettament huma mwarrba u wzati kif hatar Kristu, tant jesibuh mill-qrib bhala mislub, illi kultant verament (imma figurattivament) huma riferuti fit-termini tal-hwejjeg li jirrapprezentaw, jigifieri l-gisem u d-demm ta' Kristu.7 Madankollu fis-sustanza u n-natura jibqghu xorta wahda biss hobz u nbid veri bhalma kienu qabel.8

7 1 Kor.11:27. 8 1 Kor.11:26-28.

6. Id-dottrina generalment imsejha transustanzjazzjoni, li tishaq li ssehh bidla mis-sustanza tal-hobz u l-inbid ghas-sustanza tal-gisem u d-demm ta' Kristu, meta jkunu kkonsagrati minn qassis jew bi kwalunkwe mod iehor, hi mistkerrha mhux biss fid-dawl ta' l-Iskrittura9 imma sahansitra ghas-sens komun u r-raguni. Taqleb in-natura ta' l-ordinanza, u kienet u ghadha l-kawza ta' bosta superstizzjonijiet u idolatriji sfaccati.10

9 Atti 3:21; Lq.24:6,39. 10 1 Kor.11:24-25.

7. Ir-ricevituri denji, li esternament jiehdu mill-elementi vizibbli f'din l-ordinanza, jircevuhom ukoll internament u spiritwalment bil-fidi, verament u fil-fatt, imma mhux karnalment u korporalment, u jitimghu fuq Kristu msallab u l-beneficcji kollha ta' mewtu. Il-gisem u d-demm ta' Kristu mhux prezenti korporalment jew karnalment imma hu spiritwalment prezenti ghall-fidi tal-kredenti fl-ordinanza, bhalma l-elementi huma prezenti ghas-sensi esterni taghhom.11

11 1 Kor.10:16; 11:23-26.

8. In-nies injoranti u hziena kollha li mhumiex xierqa igawdu komunjoni ma' Kristu huma ugwalment indenji tal-Mejda tal-Mulej, u ghaldaqstant ma jistghux, minghajr dnub kbir kontra tieghu, jiehdu sehem minn dawn il-misterji qaddisa jew jithallew jiehdu mill-Ikla, sakemm jibqghu f'dik il-qaghda.12 Tabilhaqq, dawk li jircievu l-elementi indenjament huma hatja tal-gisem u d-demm tal-Mulej, billi jieklu u jixorbu gudizzju ghalihom infushom.13

12 2 Kor.6:14-15. 13 1 Kor.11:29; Mt.7:6.

 
 
The Reformed Reader Home Page 


Copyright 1999, The Reformed Reader, All Rights Reserved