L-ISTQARRIJA TA' FIDI BATTISTA 1689

Tnejn u Tletin Artiklu ta' Fidi u Prattika Kristjana

 

31. L-Istat tal-Bniedem Wara l-Mewt u r-Rezurrezzjoni

1. Mal-mewt l-igsma tal-bnedmin jirritornaw lejn it-trab u jithassru;1 imma l-erwieh taghhom, li la jmutu u lanqas jorqdu, billi ghandhom sussistenza immortali, minnufih jergghu lura ghand Alla li tahom.2 L-erwieh tal-gusti mbaghad huma maghmulin perfetti fil-qdusija, jintlaqghu fil-Genna fejn ikunu ma' Kristu, u jharsu lejn wicc Alla fid-dawl u l-glorja, filwaqt li jistennew il-fidwa shiha ta' l-igsma taghhom.3 L-erwieh tal-hziena jinxtehtu fl-Infern fejn jibqghu fit-turment u taht id-dlam, rizervati ghall-gudizzju tal-jum il-kbir.4 L-Iskrittura ma tammetti ebda post iehor barra dawn it-tnejn ghall-erwieh separati mill-igsma taghhom.

1 Gen.3:19; Atti 13:36. 2 Ekk.12:7. 3 Lq.23:43; 2 Kor.5:1,6-8; Fil.1:23; Eb.12:23. 4 Guda 6-7; 1 Pt.3:19; Lq.16:23-24.

2. Fl-ahhar jum il-qaddisin li jkunu ghadhom hajjin ma jorqdux imma jkunu mibdula.5 U l-mejtin kollha jitqajjmu bl-istess igsma taghhom, u mhux ohrajn,6 ghalkemm bi kwalitajiet differenti, u dawn l-igsma jergghu jkunu maghquda ma' l-erwieh taghhom ghal dejjem.7

5 1 Kor.15:51-52; 1 Tess.4:17. 6 Gob 19:26-27. 7 1 Kor.15:42-43.

3. Bis-setgha ta' Kristu l-igsma ta' l-ingusti ghad jitqajjmu ghad-dizunur. L-igsma tal-gusti, bl-Ispirtu tieghu, ghad ikunu mqajjma ghall-gieh, u jkunu maghmulin konformi mal-gisem glorjuz tieghu.8

8 Atti 24:15; Gw.5:28-29; Fil.3:21.

 
 
The Reformed Reader Home Page 


Copyright 1999, The Reformed Reader, All Rights Reserved