Tnejn u Tletin Artiklu ta' Fidi u Prattika Kristjana
32. L-Ahhar Gudizzju
1. Alla hatar jum li fih ghad jiggudika d-dinja bil-gustizzja permezz ta' Gesu Kristu,1 li lilu nghataw kull setgha u gudizzju mill-Missier. F'dan il-jum mhux biss l-angli apostati jkunu ggudikati,2 imma wkoll in-nies kollha li qatt ghexu fuq l-art. Ghad jidhru quddiem it-tribunal ta' Kristu biex jaghtu kont ta' hsibijiethom, kliemhom u ghemilhom, u jircievu skond ma jkunu ghamlu meta kienu fil-gisem, sew tajjeb inkella hazin.3
1 Atti 17:31; Gw.5:22,27. 2 1 Kor.6:3; Guda 6. 3 2 Kor.5:10; Ekk.12:14; Mt.12:36; Rum.14:10-12; Mt.25:32-46.
2. L-iskop ghala Alla hatar dan il-jum huwa biex jimmanifesta l-glorja tal-hniena tieghu fis-salvazzjoni eterna tal-maghzulin, kif ukoll il-gustizzja tieghu fid-dannazzjoni eterna tar-reprobati, li huma hziena u dizubbidjenti.4 Imbaghad il-gusti jmorru fil-hajja eterna u jircievu dik il-milja ta' l-hena u sebh bi premju dejjiemi fil-prezenza tal-Mulej. Imma l-hziena, li ma jafux lil Alla u ma jobdux l-Evangelju ta' Gesu Kristu, jintefghu fil-genb fi pwieni dejjiema,5 u jkunu kkastigati b'qirda eterna mill-prezenza tal-Mulej u mill-glorja ta' setghetu.6
4 Rum.9:22-23. 5 Mt.25:21,34; 2 Tim.4:8. 6 Mt.25:46; Mk.9:48; 2 Tess.1:7-10.
3. Bhalma Kristu jridna nkunu certament perswaditi li ghad ikun hemm jum ta' haqq, kemm biex ixekkel lill-bnedmin kollha mid-dnub7 u biex jaghti konsolazzjoni akbar lit-tajbin fl-avversita taghhom,8 hekk ukoll irid li d-data ta' dak il-jum tinzamm mistura mill-bnedmin, biex ifarfru minnhom infushom kull sigurta karnali, u jghassu dejjem, ghax ma jafux f'liema siegha l-Mulej ghad jigi.9 Ukoll, biex il-bnedmin ikunu affettwati b'tali mod li dejjem jghidu, 'Ejja, Mulej Gesu; ejja malajr!'10 Amen.
7 2 Kor.5:10-11. 8 2 Tess.1:5-7. 9 Mk.13:35-37; Lq.12:35-40. 10 Riv.22:20.
The Reformed Reader Home Page
Copyright 1999, The Reformed Reader, All Rights Reserved |